Il-kbar ma jfallux fl-ewwel ġurnata

Monday, November 16, 2015, 19:33

Kampjonat MSV life Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 69

Floriana 13

(18-2)(22-7)(17-2)(12-2)

Ic-champions Caffè Mak Luxol bdew id-difiża tat-titlu b’rebħa faċli fuq Floriana. Iż-żewġ timijiet kellhom xi tibdil mill-aħħar ħarġiet tagħhom. Luxol, friski mir-rebħ tas-shield ġimgħa qabel, irkupraw lil Beverlee Zammit però kellhom nieqsa lil Joselle Borg Cardona u Christine Curmi. Floriana kellhom lil Nicola Arena, Elena Falzon, Vanessa Mifsud Tommasi u Francesca Farrugia jagħmlu d-debutt tagħhom. Kif mistenni l-coach ta’ Luxol Charles Bonnici uża l-players kollha li kellhu għal din il-partita li kollha rnexxielhom iniżżlu isimhom fost l-iskorers. Il-partita fetħet b’14 –il punt konsekuttiv minn Luxol fosthom minn Paula Ellul, Sarah Pace, Sophie Abela u Martina Darmanin. Martha Gatt kisbet l-uniku basket ta’ Floriana qanle ma Luxol kellhom erba’ punti oħra minn Abela għal skor ta’ 18-2. Fit-tieni perjodu Luxol ippreżentaw ħames players differenti fuq il-court però żammew l-istess ritmu għalkemm Floriana tejjbu xi ftit l-attakk tagħhom. Luxol bdew b’run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Greta Costa flimkien ma’ Mandi Merciecau Christina Sollami. Floriana waqqfuhom b’basket ta’ Mifsud Tommasi qabel ma’ Luxol komplew b’run oħra ta’ 10-0 bi trippli ta’ Costa u Nicole Agius. Floriana kellhom il-punti ta’ Arena u Lisa Pace biex fl-intervall Luxol kienu 40-9 minn fuq.

Fit-tielet perjodu l-punti damu ma waslu hekk kif Luxol żbaljaw xi attakki u Floriana komplew jitilfu l-pussess tal-ballun. Luxol imbagħad għaddew biex għamlu run oħra ta’ 11-0 bi three pointer ta’ Zammit. Wara l-basket uniku ta’ Floriana minn Gatt, Zammit wieġbet bi trippla oħra flimkien mal-punti ta’ Martina Darmanin għal skor ta’ 57-11. L-aħħar sessjoni kompliet fuq l-istess andament bil-Luxol jagħmlu l-ewwel 9 punti minn Agius u Sollami qabel il-basket ta’ Gatt għal Floriana. Il-partita ntemmet bil-punti ta’ Louisa Serge u Costa għal Luxol li ħarġu rebbieħa 69-13.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 6, M. Mercieca 2, N. Agius 15, B. Zammit 6, C. Sollami 4, S. De Martino 6, L. Serge 1, S. Abela 7, P. Ellul 6, G. Costa 12, M. Darmanin 4.

Floriana: Y.Agius, L. Pace 2, N. Arena 1, M. Gatt 8, E. Falzon, A. Camilleri, G. Torpiano, L. Haber, V. Mifsud Tommasi 2, F. Camilleri, M.Borg, N. Hili.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

 

Starlites Naxxar 34

Pavi Depiro 69

(12-13)(11-22)(10-16)(1-18)

Pavi Depiro wkoll fetħu l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa kontra Starlites Naxxar 69-34. Starlites żiedu lil Kim Borg fil-line-up tagħhom u offrew reżistenza sa l-aħħar tal-ewwel taqsima. Depiro kellhom lil Andrea Mifsud u Maria Bonett nieqsa għal din il-partita. Starlites marru 6-2 minn fuq 2 wara trippla ta’ Lindsey Pirotta. Depiro kellhom punti minn Sam Brincat, Svetlana Micallef u Claudia Camilleri madankollu kien lejn tmiem is-sessjoni li marru fuq quddiem b’basket ieħor ta’ Brincat għal skor ta’ 13-11. Fit-tieni sessjoni, Depiro kellhom run ta’ 12-0 f’inqas minn 2 minuti b’żewġ trippli minn Brincat u l-punti ta’ Claire Ciantar biex fetħu vantaġġ doppju 32-16. Starlites kellhom żewġ baskets minn Stephanie Davies madankollu Depiro kienu għadhom 35-23  fuq quddiem fil-halftime.

Fit-tielet sessjoni ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin bi Brincat żżid trippla oħra għal Depiro u Jean Doughty u Danielle Agius kisbu l-punti ta’ Starlites. Depiro komplew bi break ieħor ta’ 9-3 run b’aktar punti minn Brincat, Ciantar u Claudia Camilleri għal skor ta’ 51-33. Fl-aħħar perjodu Starlites kellhom diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li kellhom biss freethrow minn Kirsty Galea. Depiro minn naħa tagħhom kellhom 18 –il punt fosthom 8 punti konsekuttivi minn Justine Xuereb biex rebħu l-partita 69-34.

Starlites Naxxar: D. Agius 2, K. Galea 3, J. Doughty 9, S. Tabone 6, K. Borg, L. Pirotta 8, K. Vassallo, E. Magrin, S. Davies 6, K. Zerafa.

Pavi Depiro: G. Mifsud 10, S. Brincat 17, C. Camilleri 6, T. Mifsud 4, P. Montanaro, J. Xuereb 11, S. Micallef 8, C. Ciantar 13.

Referees: Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Gżira Athleta 41

Hibs 67

(5-20)(10-21)(16-13)(10-13)

 

L-aħħar partita kien mistennij li tkun akatr bilanċjata madankollu Athleta kellhom bidu diffiċli u qatt ma rkupraw minn run ta’ 15-0 li sofrew fl-ewwel taqsima biex Hibs rebħu l-partita 67-41. Athleta fetħu l-logħba bi trippla ta’ Antoinette Borg trippla u sal-5 minuta ż-żewġ timijiet kienu f’parita fuq skor baxx ta’ 5-5. Hibs mbagħad żiedu r-ritmu tagħhom hekk kif għamlu run qawwija ta’ 15-0 b’punti minn Josephine Grima, Christina Grima u Maria Said flimkien ma’ trippla ta’ Kim Portainer Mifsud biex temmew is-sessjoni 20-5 quddiem. Fit-tieni sessjoni ma kienx hemm reazzjoni minn Athleta u Hibs kellhom run oħra ta’ 12-2 b’żewġ trippli minn C. Grima. Athleta finalment wieġbu b’punti minn Leanne Sciberras u Kelly Busuttil madankollu Hibs kienu 41-15 minn fuq fl-intervall.

Fit-tielet sessjoni, Busuttil fetħet bi trippla għal Athleta li kellhom aktar punti minn Borg u Sciberras biex naqqsu l-iżvantaġġ għal 20 punt. Hibs wieġbu għal darb’oħra meta għamlu run ta’ 10-0 minn Josephine u Christina Grima flimkien ma’ Iona Agius. L-aħħar punti tat-taqsima ġew minn Athleta meta għmlu tmien punti mingħajr risposta minn Busuttil, Sciberras u Sharon Vella għal skor ta’ 54-31 8-0. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu però Hibs komplew jikkontrollaw il-logħba minkejja run ta’ 7-0 minn Athleta. Huma kellhom l-aħħar punti tal-logħba minn Julia Scerri biex rebħu il-logħba 67-41.

 

Gżira Athleta: M. Debono, K. Busuttil 7, S. Pisani, L. Sciberras 6, D. Said Hollier 1, A. Borg 14, R. Sciberras 2, S. Vella 8, E. Pace, C. Mifsud 3.

Hibs: J. Scerri 4, E. Cassar 8, N. Vella 2, I. Agius 2, J. Grima 19, M. Said 6, C. Grima 16, K. P. Mifsud 3, N. Mifsud 1, H. Al Tumi 3, N. Farrugia 3, K. Caruana.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment