- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Kaz Ched Evans…..l-aħħar żviluppi

Posted By Sportinmalta On October 8, 2015 @ 7:35 pm In Featured,Football | No Comments

minn Andre’ Xuereb

Fil-ġranet li ġejjin il-Każ kontroversjali ta’ Ched Evans mistenni jerġa jiġi annaliżżat bir-reqqa mill-qrati ta’ Wales fid-dawl ta’ evidenza gdida li minħabba raġunijiet varji ma’ tpoġġewx għall-attenzjoni tal-ġurati waqt il ġuri li wassal biex Ched Evans qatta’ sentejn u nofs il-ħabs

Tanalizza sew il-każ tinduna li kien hemm ħafna dubji fuq verament x’ġara dakinhar li seħħ l-allegat stupru, li hu żġur li fuq dak li l-imħallef Merfyn Hughes qal direttament lil Evans li fuq kapriċċ tiegħu kien ser itemm il-karriera kalċistika tiegħu ,jista jigi konkluż li l-fatt li Ched Evans huwa figura pubblika,altru milli kien hemm provi biżżejjed biex Evans jiġi akkuzat bi stupru, kienet il-biża tas-sentiment pubblika li kieku Evans ġie lliberat li wassal biex Evans instab ħati.

wieħed ikun frettoluż li jgħid f’ dan l-istadju li Evans jista’ jinħeles mill-ħtija ta’ stupru , aktar żviluppi mistennija fil-ġranet li ġejjin , f’ dan il-każ li altru milli kellu jispiċċa l-qorti kellha tkun l-għarusa ta’ Evans li tiddeċidi bħala riperkussjoni tat-tradiment taħfirx jew le lil Evans , kif wara kollox  għamlet


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-kaz-ched-evans-l-ahhar-zviluppi/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.