Il-Kap tal-PN jifraħ personalment lil William Chetcuti għas-suċċess miksub

Thursday, June 27, 2013, 16:00

Il-PN jinnota b’sodisfazzjon is-suċċess miksub waqt il-Logħob tal-Mediterran mit-tiratur Malti William Chetcuti , meta fit-Turkija huwa rebaħ il-midalja tad-deheb. Filwaqt li l-PN jifraħ lil Chetcuti għas-suċċess personali , l-istess suċċess fisser ukoll unur għal pajjiżna f’logħob daqstant ta’ prestiġju. Dan ir-riżultat huwa ħolqa f’katina ta’ suċċessi li d-dixxiplina tal-isparar tat lil pajjiżna fl-aħħar snin.
Il-PN jawgura li t-taħrig intensifikat u l-isforzi li qed jagħmlu l-atleti u l-assoċjazzjonijiet sportivi Maltin fid-dixxiplini varji jkomplu jagħtu r-riżultati mixtieqa. L-istess awguri qed jiġu estiżi wkoll lill-Kumitat Olimpiku Malti.

Sadanittant ftit ħin biss wara dan is-suċċess il-Kap tal-Partit Nazjonalista Dr. Simon Busuttil feraħ personalment lil William Chetcuti meta għamel kuntatt dirett miegħu.







Leave a comment