Il-kampjonat Nazzjonali tal-Lotta

Wednesday, December 1, 2010, 9:16

Il-Kampjonati Nazzjonali timijiet u individwali ta’ Malta 2010 se jsiru nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru fil-gymnasium tan-Naxxar Maria  Regina Boys Secondary School. Dawn se jkunu avveniment interessanti wara staġun mimli b’mhux anqas minn kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom il-Kampjonati tad-Dinja fir-Russja, il-Kampjonati Militari tad-Dinja fil-Finlandja u l-Logħob tal-Commonwealth fl-Indja.

Il-kampjonati ta’ din is-sena mistennija jkunu interessanti sewwa meta se naraw fl-azzjoni numru ta’  lottaturi ġodda kif ukoll oħrajn li ilna xi ftit ma narawhom fl-azzjoni fuq it-tapit.  L-ewwel kumbattiment jibda fis-6 p.m.





Leave a comment