Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Badminton 2013

Thursday, April 11, 2013, 23:33

Kampjonati Nazzjonali taghha.

 

Dan jista’ jitqies bhala l-avveniment sportiv ewlieni fil-kalendarju kompetittiv ta’ din l-ghaqda nazzjonali fejn matulu wiehed jista’ jara l-ahjar players lokali fl-azzjoni.

 

Mis-27 edizzjoni li ntlaghbet fl-1998 ‘l hawn, Badminton Malta ghazlet li ssemmi wkoll dawn il-Kampjonati bhala l-“Paddy Stubbs Memorial Championships”, biex b’hekk tinzamm hajja t-tifkira ta’ dan il-benefattur kbir ta’ l-iSport Malti.

 

Il-Kampjonati jintlaghbu principalment fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgha mis-7:00pm ‘il quddiem. Il-programm shih ta’ loghob huwa bhas-soltu mfassal fuq il-hames kategoriji tradizjonali: Men’s Singles u Doubles, Women’s Singles u Doubles kif ukoll il-Mixed Doubles.

 

Il-finali tal-Men’s u tal-Women’s Singles kif ukoll tal-Men’s Doubles ghandhom isehhu fil-Kullegg St. Martin’s (Swatar) nhar l-1 ta’ Mejju, mill-10:00am ‘il quddiem.

 

Minhabba n-numru ta’ dawk li ser jiehdu sehem, il-kategorija tal-Men’s Singles ser tibda b’fazi preliminari li fi tmiemha kemm ir-rebbieh ta’ dan it-titlu platoniku kif ukoll il-finalista tellief imbaghad ikomplu biex ihabbtu wicchom ma’ opposizzjoni aktar iebsa fit-tieni parti tal-kompetizzjoni ghal dan it-titlu nazzjonali.

 

F’din il-kategorija, ic-champion kurrenti David Cole mistenni jilqa’ l-isfida li ser jaghmlulu rivali bhal Edmond Abela, Samuel Cali, Aldo Polidano, Owen Grech u Stephen Ferrante; dawn ghandhom ikollhom rwol importanti fid-destin ahhari tat-titlu nazzjonali f’din il-kategorija.

 

Fil-Women’s Singles, mistennija taqtiegha sportiva qawwija bejn ic-champion kurrenti Fiorella Marie Sadowski u avversarji bhal Jacqueline Grech Licari, Martina Vella, Sandra Spiteri kif ukoll l-ahwa Dominique u Catriona Francica; dawn mistennija li jhallu l-marka taghhom u li jkollhom huma wkoll rwol importanti f’din il-kategorija.

 

It-tlett kategoriji tad-Doubles m’ghandhomx jonqsu li jipprovdu loghbiet ta’ livell gholi fejn matulhom l-isfidanti zgur ser jaghmlu l-almu taghhom biex jahsdu u jaqilbuha lir-rebbieha tat-titli nazzjonali rispettivi fl-edizzjoni 2012.

 

Filwaqt li xtaqet kull success lil dawk li qed jiehdu sehem, Badminton Malta stqarret is-sodisfazzjon taghha ghan-numru sabih ta’ kompetituri f’dawn il-Kampjonati, xhieda cara tal-popolarita dejjem tikber ta’ dan l-isport. Hi stiednet ukoll lill-pubbliku sportiv Malti biex jattendi bi hgaru halli jara u japprezza l-ahjar livell ta’ Badminton f’pajjizna.

 

Aktar taghrif jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku www.badmintonmalta.org

 





Leave a comment