Il-kampjonat jersaq lejn tmiem l-ewwel fażi

Tuesday, March 5, 2019, 18:53

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Luxol 72

Depiro 54

(13-22)(24-8)(18-4)(17-20)

Caffè Moak Luxol għelbu lil Depiro 72-54 f’partita mit-tieni round tal-kampjonat li kienet ġiet posposta f’Jannar. Il-postijiet tal-klassifika issa huma deċiżi u kull ma jonqos hu min se jispiċċa fl-ewwel post. Depiro minkejja li spiċċaw fuq in-naħa telliefa kellhom wirja tajba speċjalment fl-ewwel taqsima iżda mal-ħin Luxol bdew jiftħu vantaġġ bl-Amerikana tagħhom Alexis Dillard tiddomina. Kienu Depiro li ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Claire Ciantar u trippla ta’ Steffi De Martino. Luxol kellhom il-punti ta’ Sharon Vella però żewġ trippli ta’ Gaby Mifsud u basket ta’ De Martino taw vantaġġ ta’ 9 punti lil Depiro li żammew sa’ tmiem is-sessjoni 22-13. Fit-tieni taqsima Depiro baqgħu fuq quddiem wara trippli minn De Martino u Nicole Agius però waqfu jagħmlu l-punti fir-raba’ minuta. Minn hemm ‘l quddiem kien hemm biss punti ta’ Luxol f’run ta’ 16-0 bil-punti ta’ Sarah Pace, Vella, Dillard u trippla ta’ Monique Caruana għal skor ta’ 37-30.

Wara l-intervall il-partita kompliet bl-istess andament bil-Luxol jagħmlu run oħra ta’ 14-0 bil-punti ta’ Pace u Dillard u Antoinette Borg bid-Depiro jkollhom biss żewġ baskets minn De Martino u Ciantar. Fl-aħħar sessjoni l-logħob kien aktar maqsum hekk kif Luxol użaw ukoll il-players ta’ fuq il-bank għalkemm Dillard komplet għaddeja bil-punti. De Martino wkoll bdiet tirrispondi għal Depiro però d-distakk kien wieħed kbir u Luxol għalqu l-partita bi trippla ta’ Kay Portelli u basket ta’ Nicole Vella biex ħarġu rebbieħa 72-54.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 12, L. Caruana Montaldo, Ni. Vella 4, I. Baena 5, No. Vella, S. Vella 12, K. Portelli 3, A. Borg 7, P. Ellul, M. Caruana 3, A. Dillard 26.

 

Depiro: No. Agius, Ni. Agius, G. Mifsud 8, S. De Martino 27, D. Said Hollier 2, M. Scicluna, N. Hili, C. Ciantar 17, A. Mifsud, E. Cassar.

Referees:  Zvezdan Dobrosaviljevic, Christine Xuereb

Starlites GIG 70

 

Depiro 52

(17-8)(20-18)(20-11)(13-15)

Starlites GIG għelbu lil Depiro 70-52 biex issa l-konfront tal-Ħadd

Ritratt: Wally Galea

li ġej kontra Hibernians jiddeċiedi min se jikseb l-ewwel post tal-klassifika u post awtomatiku fil-finali tal-play-offs. Starlites ħallew barra lil Kirsty Galea u Hayley Acreman fil-waqt li Depiro kienu mingħajr Nicole Hili u Emily Cassar. Starlites fetħu bl-ewwel seba’ punti tal-partita qabel ma Depiro kisbu l-ewwel punti tagħhom minn Gaby Mifsud u Claire Ciantar. Starlites wieġbu permezz ta’ Josephine Grima u Patricia Arguello qabel ma Ciantar kellha erba’ punti oħra għal skor ta’ 17-8. Mument tajjeb minn Depiro fit-tieni sessjoni fosthom bi three pointers minn Mifsud u Steffi De Martino rahom jaslu sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji 22-24. Hawn però Starlites irkupraw u għamlu run ta’ 13-0 bil-punti ta’ Michela Zammit Cordina u Giocelis Reynoso biex daħlu jistrieħu 37-26 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kienu Starlites li komplew fejn ħallew bi break ta’ 8-2 qabel ma Depiro wieġbu b’basket ta’ Ciantar u trippla oħra ta’ Mifsud. Starlites kellom aktar punti ta’ Reynoso flimkien ma’ Mikela Riolo u Arguello biex temmew il-perjodu 57-37 minn fuq. Fl-aħħar taqsima l-punti bdew ġejjin fuq iż-żewġ naħat b’De Martino tifaħ bi trippla għal Depiro però Starlites wieġbu b’oħra ta’ Arguello. Sa’ tmiem il-partita ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin bi tlett baskets fuq kull naħa biex Starlites rebħu l-partita 70-52.

Starlites: M. Zammit Cordina 8, M. Riolo 2, S. Farrugia, S. Davies, M. Bonett 4, G. Reynoso 16, C. Curmi 8, J. Grima 18, P. Arguello 14, M. Cutajar, F. Fabok, A.Lupo.

 

Depiro: No. Agius, Ni. Agius 4, G. Mifsud 13, S. De Martino 15, D. Said Hollier 2, M. Scicluna 2, C. Ciantar 16, A. Mifsud.

Referees:  Daniella Torok, Vladimir Nikolic

Hibernians 64

 

Caffè Moak Luxol 60

(14-10)(20-10)(19-20)(11-20)

Hibs għal ftit ma sofrewx ir-rimonta tal-Luxol li rathom jiġu sa’ basket minn taħt wara li fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Hibs kienu 58-40 minn fuq. Iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu il-Ħadd 17 ta’ Marzu għall-finali tas-St. James Hospital Knock out u Luxol se jkunu fis-semifinali tal-play-offs kontra t-team li jispiċċa fit-tieni post. Wara li Luxol fetħu l-partita b’żewġ baskets minn Sarah Pace u Alexis Dillard, Hibs irrispondew bi break ta’ 11-0 fejn bdew bi trippla ta’ Samantha Brincat u komplew bil-punti ta’ Amelia Simmons u Sophie Abela. Luxol wieġbu b’żewġ trippli ta’ Antoinette Borg u Pace bil-Hibs jagħlqu t-taqsima bi three pointer ta’ Jasmine Abela għal skor ta’ 14-10. Fit-tieni perjodu, Hibs żiedu l-vantaġġ bi break ta’ 14-2 fejn Abela u Brincat kellhom trippla kull wieħed biex fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 28-12. Qabel l-intervall kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat biex Hibs daħlu jistrieħu 34-20 minn fuq.

Fit-tielet taqsima reġgħu kienu Hibs li kabbru l-vantaġġ għal 19 –il punt wara punti minn Abela, Simmons u Brincat. Luxol irrispondew b’run ta’ 10-3 u naqqsu l-iżvantaġġ għal 13 –il punt 53-40 b’Monique Caruana tagħmel żewġ three pointers. Fl-aħħar taqsima għamlu l-ewwel ħames punti però waqfu hemm biex Luxol bdew inaqqru d-distakk permezz ta’ Sharon Vella, Dillard u żewġ trippli oħra ta’ Caruana f’run ta’ 18-2 li wasslithom sa’ basket ‘l bogħod 58-60. Basket ta’ Simmons ta xi ftit tan-nifs lic-champions u għalkemm Luxol reġgħu wieġbu permezz ta’ Pace, basket ta’ Abela għalaq il-partita favur Hibs li ħarġu rebbieħa 64-60.

Hibs: S. Abela 11, E. Cassar 5, K. Calleja, S. Brincat 14, I. Agius, J. Abela 6, A. Simmons 14, N. Farrugia, H. Al Tumi 5, K. Caruana 2, L. Duncan 7.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 12, Ni. Vella, I. Baena 3,  No. Vella, S. Vella 17, K. Portelli, A. Borg 3, L. Caruana Montaldo, M. Caruana 12, C. Mifsud 1, A. Dillard 12.

Referees:  Tuomas Mantere, Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites Gig

11

9

2

20

669

609

Hibernians

11

9

2

20

703

584

Caffè Moak Luxol

11

4

7

15

682

703

Depiro

11

0

11

11

583

741

 





Leave a comment