Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ppremjat bħala l-ikbar klabb barrani

Sunday, April 17, 2016, 15:41

 

Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ġie ppremjat bħala l-ikbar klabb barra mill-Italja waqt il-Club DOC Day li saret dalgħodu fil-Juventus Stadium. See presentation here watch?v=EDElKc6kxZ8

Fil-preżenza ta’ numru ta’ leġġendi ta’ Juventus, waqt laqgħa mmexxija mill-President ta’ Juventus Andrea Agnelli, kif ukoll Pavel Nedved u Mariella Scirea, rappreżentanti tal-klabb ingħataw dan ir-rikonoxximent tant prestiġġjuż.

F’messaġġ qasir tal-okkażjoni, il-President tal-klabb Omar Busuttil irringrazzja lill-membri li mingħajrhom dan is-suċċess ma kienx ikun possibbli. Suċċess li hu sinifikanti iktar u iktar meta wieħed iqis li nkiseb biss wara erba’ snin ta’ storja tal-klabb.





Leave a comment