Il-Justin Haber Academy

Friday, May 31, 2013, 9:56

L-iskop ta L’akademia ta Sunderland AFC  huwa li tkun akkademja ta’ klassi u livel oghli kif ukoll wahda mil-aqwa akkademji fir-Renju Unit u fl-ahhar mil-ahhar li tipprepara players ta’ eta zghira li jaslu biex ikunu parti mil-ewwel team ta’ Sunderland.  Biex dan jigri, Sunderland AFC iridu jaghzlu l-aqwa tfal kemm mir-Renju Unit kif ukoll minn pajjizi ohra.  Wiehed mil-aktar players li ggradwaw ricentament mil-akkademja huwa Jordan Henderson li rnexxielu jilghab mal-ewwel team ta’ Sunderland.  Ma dammx ma gibed l-attenzjoni fuqu ta’ teams kbar u illum huwa player ta tim kbir ta Liverpool u ricentament laghab ukoll l-ewwel loghba tieghu mat tim nazzjonali ta’ l-Ingilterra.

Il-Justin Haber Academy, gewwa Malta qed issegwi u tipprepara lit-tfal Maltin bl-istess syllabus tal akkademija ta Sunderland AFC  kemm f’dak li huwa programm tekniku, sessjonijiet ta’ psikologija ta’ l-isport, fitness u nutrizzjoni, media kif ukoll etika sportiva.  Din l-akkamdemja hija unika f’Malta ghax programm bhal dan ma joffrih hadd fil-gzejjer taghna.  Grazzi ghal-assocazjoni ma’ Sunderland,  it-tfal li qed jiehdu dan it-tahrig fil-Justin Haber Academy, qed jithargu kull gimgha min ghand il-Head Coach residenti hawn Malta ta’ Sunderland AFC u qed jitghallmu jilaghbu il-loghba bil-mod hekk imsejjah “ The Sunderland Way”.  F’ Apri li ghadda,  tlett it tfal  tal-Justin Haber Academy kellhom esperjenza unika meta gew maghzula biex izuru is-Sunderland Academy of Light ghal-gimgha shiha fejn hemm ittrenjaw mat-teams ta’ l-akkademja u jkomplu fuq l-edukazzjoni relatata mal-football. Dawn kellhom tahrig individwali kif ukoll ma tfal ta l’eta taghom u sahansitra wiehed mil players ta Justin haber Academy intaghzel biex jilaghb loghba kontra it tim ta New Castle u anke skorja Goal f’rebha ta 3-1.

Fl-ahhar gimgha ta’ Mejju bejn il-25 u l-31 tax-xahar, il-Justin Haber Academy se tkun qed torganizza Open week fejn se jkun hemm sessjonijiet ta’ tahrig b’xejn ghall gruppi tal-etajiet tat-tfal kollha.  Din hija oppotunita tajba hafna ghalik sabiex tara b’ghajnejk dak li l-Justin Haber Academy ghandha x’toffri fejn ikollok ukoll opportunita biex tinkieteb ghal-istagun il-gdid.  Waqt din il-gimgha se jkun hemm ukoll sessjoni esklussiva mal-goal keeper internazzjonal Malti Justin Haber kif ukoll ser inkunu qed tinghataw ic cans taraw b’ghajnejkom programme gdid bhal sessjonijiet ta’ Girls Only Football kif ukoll Little Dribblers ghal-tfal bejn it-3 u l-5 snin.    Biex tirregistra ghal din l-open week tista ccempel fuq 99429984 jew ibghat email fuqinfo@justinhaberacademy.com





Leave a comment