Il-holders Hibernians jiffaċċjaw lil-Gzira Athleta fil-playoff finali tal-Ewwel Diviżjoni

Tuesday, April 23, 2019, 15:51

Iċ-ċampjins renjanti Hibernians se jiffaċċjaw lil-Gżira Athleta fil-finali fuq bażi ta’ playoff best-of-5 għall-kampjonat tal-Basketball BOV Basketball tal-ewwel diviżjoni.

Il-President tal-MBA Paul Sultana u l-Uffiċjal Kap tal-BOV Peter Perotti indirizzaw lill-Media akkumpanjati minn Anthony Cassar membru tal-kumitat u Roderick Vella plejer ta’ Hibernians, Sasha Dimitrijevic kowċ u Peter Shoullts plejer ta’ Gzira Athleta, waqt konferenza stampa li saret qabel il-bidu tas-serje playoff.

Paul Sultana qal li dan huwa l-aktar perjodu interessanti fl-istaġun tal-Basketball. ‘Is-serje tal-playoffs se tkun l-aħħar waħda fejn naraw 3 plejers barranin fuq il-court, u se naraw ukoll il-plejers lokali li għamlu titjib notevoli mill-bidu tal-istaġun peress li kienu qed jilagħbu mal-plejers barranin b’aktar esperjenza.”

L-Uffiċjal Kap tal-BOV tenna l-impenn tal-Bank of Valletta għall-isport lokali speċjalment għall-basketball. ​​relazzjoni li tmur lura aktar min 40 sena. ‘Nieħdu din l-opportunità li nixtiequ liż-żewġ timijiet l-isbaħ xewqat fil-finali u se nkunu qed isegwu s-serje u eventwalment ninkurunaw iċ-champions il-ġodda’.

‘Huwa diffiċli li tirbaħ il-kampjonat. Huwa iktar diffiċli li tiddefendi t-titlu tiegħek’, kien il-kumment tal-kowċ ta’ Hibernians. ‘Iż-żieda fin-numru ta’ barranin biddlet l-istampa tal-logħba, u billi s-sena l-oħra bdejna bħala favoriti, nemmnu li din i-sena il-finalisti huma aktar bilanċjati. Mindu Athleta kisbu l-plejers barranin il-ġodda tagħhom f’Jannar, aħna lagħbna logħba waħda biss kontrihom, u tlifniha. Naħseb jafu l-iskwadra tagħna aktar milli kemm nafu tagħhom peress li aħna bażikament għandna l-istess skwadra tas-sena l-oħra. Madankollu nemmen li t-tim għandu l-kemistrija u d-determinazzjoni biex nirrepetu s-suċċess tas-sena l-oħra. ‘

Il-kowċ ta ‘Athleta Sasha Dimitrijevic, fl-ewwel sena tiegħu f’Malta qal li għandu ħafna rispett lejn l-avversarji u l-esperjenza tat-tim tagħhom. ‘Nemmen li t-timijiet huma bbilanċjati ħafna u se jkun l-aqwa pjan ta’ logħob tal-ġurnata u l-għaqda tat-tim li tiddetermina r-rebħa. Il-playoff fuq 5 logħbiet se tkun test qawwi fuq ir- reżiljenza taż-żewġ timijiet u aħna nemmnu li nistgħu nkunu dawk li ngħollu t-trofew din is-sena.’

‘Aħna żgur li se jkollna serje ta’ battalji intensi fuq idejna’ qal Chad Patus. ‘Aħna se nimxu mal-pjan tal-logħob tagħna, li aħna konvinti se jkun fattur determinanti. Bażikament għandna l-istess skwadra bħas-sena l-oħra, għandna l-vantaġġ tal-kemistrija tat-tim, madankollu Athleta taw prova li dejjem jqumu għall-okkażjoni u ser ikollna ninżlu bl-aqwa logħob tagħna biex inżommu t-trofew. ‘

‘Bdejna l-istaġun b’mod ħażin, imma bill-barranin il-ġodda li ffirma mill-klabb tagħna f’Jannar biddlu kompletament ix-xena tal-logħob tagħna,” qal Peter Shoults. “Għandna aktar plejers fuq il-bank u r-rotazzjoni ta’ plejers Maltin żżid l-għażliet tal-logħob tagħna li jagħmluna aktar perikolużi, b‘aktar plejers friski waqt il-logħba.’

Il-logħbiet tal-finali se jintlagħbu hekk (il-logħob kollu fil-padiljun tal-Basketball f’Ta ‘Qali)

Logħba 1 – Il-Ħamis 25 ta’ April 2019 – 19:30

Logħba 2 – Il-Ħadd 28 ta’ April 2019 – 16:15

Logħba 3 – L-Erbgħa 1 ta’ Mejju 2019 – 16:15

Logħba 4 – Il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2019 – 16:15

Logħba 5 – Ħadd 8 ta’ Mejju 2019 – 19:30

Il-playoff finali fuq bażi best-of-5 tal-BOV Basketball Amateur League se tkun ikkontestata bejn Gzira Athleta u r-rebbieħ tas-semifinali bejn Starlites u Siggiewi se tintlagħab kif ġej:

Logħba 1 – Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2019 – 19:30

Logħba 2 – It-Tnejn 6 ta’ Mejju 2019 – 19:30

Logħba 3 – Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju 2019 – 19:30

Logħba 4 –L-Erbgħa 14 ta’ Mejju 2019 – 19:30

Logħba 5 – Is-Sibt 18 ta’ Mejju 2019 – 15:00





Leave a comment