- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-ħames rawnd tal-YAMAHA Gozo Motocross Championship 2018

Posted By Sportinmalta On February 21, 2018 @ 7:53 am In Featured,Motorsport | No Comments

Nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-1:00 ta’ wara nofsinhar, il-Gozo Motocross Association kompliet il-programm tagħha fit-trekk ta’ Xhajma.

Il-ħames round beda bi Klassi Ċ fejn is-sewwieq ġdid u żagħżugħ Glenn Vella, għamel suċċess minn din it-tieni parteċipazzjoni tiegħu hekk kif akkwista punti massimi fil-kategorija tiegħu. Huwa saq maġenb s-sewwieq renjanti Anthony Fenech u kif ukoll ma’ Matthew Buttigieg, li huwa wkoll pjuttost ġdid. Sfortunatament, Matthew Spiteri li kien sejjer tajjeb ferm, speċjalment fl-ewwel heat, żviluppa ħsara teknika fil-mutur tiegħu u kellu jieqaf.

F’din il–klassi, Vella daħal l-ewwel post segwit mill-qrib minn Buttigieg. Warajhom daħal il-veteran Mark Camilleri fuq YZ 125cc.

Fi Klassi B rebaħ Nataniel Camilleri segwit ukoll minn Jorn Stellini. Sadanittant matul il-kompetizzjoniji ta’ klassi A kien hemm ukoll kompetizzjoni interessanti bejn Steve Xuereb, Etienne Bigeni u David Dimech li lkoll iddominaw Klassi A. Infatti Xuereb daħal fl-ewwel post segwit minn Bigeni u Dimech.

Il-viċi president tal-Gozo Motocross Association, Jesmond Bigeni ppreżenta t-trofej lir-rebbieħa kollha.

Il-Gozo Motocross Association  tavża li l-kwarti tal-finali tal-Yamaha Championship 2018 se jibdew nhar il Ħadd 11 ta’ Marzu 2018, fis-siegħa ta’ wara nofsinhar fit-trekk Ta’ Xhajma.

Ghal aktar tagħrif, wieħed għandu jzur il-paġna ta Facebook fuq – https://www.facebook.com/gmagozo/


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-hames-rawnd-tal-yamaha-gozo-motocross-championship-2018-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.