Il-Ħadd 12 ta’ Novembru jiftaħ l-istaġun ASMK WOTOMOTO ENDURO

Wednesday, November 8, 2017, 15:45

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Novembru 2017 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2017/2018. Għal darba oħra l-istaġun ser ikun mifrux fuq sitt attivitajiet fejn ħames tiġrijiet isiru f’Malta u waħda issir f’Għawdex. Dan l-istaġun ser jerġa jkun issapportjat ukoll min diversi sidien tal-barrieri madwar Malta u Ghawdex li jippermettu li tinbidel l-attivita fil-Barriera u tkun tista ssir l-attivita bil-Muturi Enduro. L-ewwel attivita ser issir fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’Qali u l-programm jibda 10:00 ta filgħodu.

Id-Ditta Dunlop ser tkun qed terġa tagħti Tyre Dunlop lill kull rebbieħ Overall għal kull attivita matul dan l-istaġun. Xi ħaġa ġdida li ser inkunu qed naraw matul dan l-istaġun hija klassi ġdida biex kulħadd ikollu ċans jirbah u jikklassifika fil-klassifika finali. Fil-ħinijiet tat-tiġrijiet sar ukoll avvanz ieħor. L-ASMK f’dan l-istaġun investiet f’apparat fejn il-ħinijiet kollha tal-muturi ser jittieħdu bis-sistema professjonali MYLAPS u se tintuża fl-isport kollu tal-ASMK. Dan sar possibbli grazzi għal Good Causes Fund u l-Kumitat Olimpiku Malti li għamluha possibli lill-Assoċjazzjoni biex tixtri din is-sistema.

Intant nhar il-Ħadd li għadda infetaħ l-istaġun tal-Karozzi Autocross fejn ġiet organizzata l-ewwel attivita mill-ASMK Pasta Poiatti tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2017/2018. Għal l-ewwel attivita rreġistraw 20 karozza maqsuma f’żewġ klassijiet.

Ħarsa lejn il-ġurnata fejn fil-klassi Modified rajna lill Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa jiddominaw il-Heats tal-ġurnata tant li rnexielhom jakkwistaw l-għola punteġġ tal-ġurnata. Il-ħinijiet ġew irreġistrati bis-sistema il-ġdida, li min ikollu l-iktar punti għall-Finali jagħżel il-post fil-finali Klassi A. Ma’ Grech u Johnson ikkwalifikaw ukoll Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Noel Zammit fuq Fiat Punto.

Mat-tluq ta din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Farrugia segwit minn Grech u Johnson. Wara t-tieni dawra Johnson għamel użu mill-Joker Lap u irnexxielu jibqa’ jzomm postu filwaqt li wara it-tielet dawra Grech għamel użu mill-Joker Lap u spiċċa jillidja l-finali quddiem Johnson u Farrugia. Grech iddefenda postu sal-aħħar biex spiċċa rebaħ l-ewwel attivita segwit minn Johnson u Zammit. Fir-raba’ post spiċċa Micallef segwit minn Farrugia fil-ħames post. Fis-sitt post daħal Camilleri wara li rtira iktar kmieni matul il-finali.

Fil-Finali Autocross Modified Klassi B ikkwalifikaw Keith Borg fuq Vauxhall Nova, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Melo Zammit fuq Opel Corsa u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205. Mat-tluq ta din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Scicluna u Birmingham b’Scicluna jmur fuq quddiem segwit minn Birmingham u Borg. Mal-ewwel dawra rajna lil Scicluna u Zammit jużaw il-Joker Lap b’Scicluna jkompli jiddefendi posthu. Matul it-tieni dawra rajna lill Birmingham u Borg jużaw il-Joker Lap fejn Birmingham ftit wara kellu jirtira minħabba ħsara teknika. Miegħu rtira wkoll Zammit minħabba ħsara teknika fil-magna. Intant, ir-riżultat finali juri lill Scicluna jirbaħ il-Finali klassi B segwit minn Borg u Vassallo. Fir-raba’ post spiċċa Zammit segwit minn Birmingham.

Għall-ewwel finali tal-istaġun fl-Autocross Standard rajna lill Dean Farrugia fuq Citroen jirbaħ il-Heats kollha tal-ġunrata biex issiġilla postu fil-finali tal-ġurnata. Mieghu kkwalifikaw Nicovich Chircop fuq Peugeot 106, Kyle Agius fuq Renault 5, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa, Alex Fenech u Quinn Camilleri it-tnejn fuq Peugeot 106. Mat-tluq ta din il-finali rajna lil Farrugia u l-Agius li mill-ewwel okkupaw l-ewwel żewġ pożizzjonijiet segwiti minn Chircop u Spiteri. Matul l-ewwel dawra Spiteri, Agius u Farrugia użaw il-Joker Lap fejn Farrugia kompla jillidja l-finali segwit minn Chircop u Agius li baqgħu jiddefendu l-post tagħhom sal-aħħar bir-riżultat finali spiċċa b’Farrugia jirbaħ l-ewwel tiġrija f’dan l-istaġun segwit minn Chircop u Agius fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Fir-raba’ post spiċċa Spiteri segwit minn Fenech u Camilleri li għalqu l-finali fil-ħames u sitt post rispettivament.

Intant fi Trapani fi Sqallija matul il-ġurnata tal-Ħadd l-aħwa Camilleri Clayton u Kyle ħadu sehem fil-Kampjonat Motocross tal-Federazzjoni Taljana FMI bil-muturi Motocross. Clayton ikkompeta fil-Klassi MX1 (Over 21) fuq mutur KTM 450cc waqt li Kyle ikkompeta fil-Klassi MX2 (Under 21) fuq mutur KTM 250cc. L-ahwa Camilleri it-tnejn telghu fuq il-Podju ghax rebhu it-Tieni post kull wiehed fil-klassi rispettiva. Fi 19 ta Novembru 2017 l-ahwa Camilleri sa jerġgħu jikkompetu fil-korsa l-aħħar tiġrija tal-istaġun FMI fil-korsa ta Agrigento.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni ta’ Facebook A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email fuq info@asmk.org.mt

Rittrati ta’ Mario Micallef





Leave a comment