Il-Gvern se jghin lill-ghaqdiet ikunu aktar kreattivi u innovattivi

Tuesday, September 3, 2013, 12:27

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport, Dr. Stefan Buontempo, ħeġġeġ lill-għaqdiet sportivi jkunu aktar kreattivi u innovattivi sabiex isiru aktar effiċjenti u jħajru aktar nies jgħixu ħajja attiva. Huwa esprima l-impenn tal-Gvern li jgħinhom jagħmlu dan.

Waqt ċerimonja ta’ tqassim ta’ assistenza finanzjarja lil għadd ta’ għaqdiet sportivi fil-kumpless sportiv tal-Kottonera, Dr Buontempo stieden lill-qasam sportiv biex ikompli jkun sieħeb ewlieni tal-Gvern fil-ġlieda tiegħu kontra l-obeżità u l-mard li ġġib magħha.

L-għaqdiet li bbenefikaw mill-għotjiet huma l-Federazzjoni Maltija tal-Kendo, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting, il-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi, il-Klabb tal-Ġinnastika GymStars, il-Klabb Alleat Malti tal-Entużjasti tal-Ixkubetti tal-Arja Kkumpressata (Malta Allied Airgunners Club), u ċ-ċampjin tat-tlielaq tal-muturi, Simon Giordimaina.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm, fost l-oħrajn, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Jonathan Barbara.





Leave a comment