Il-Gvern qed jahdem biex pajjizna jkollu shooting range ta` livell internazzjonali

Monday, August 12, 2013, 8:22

Quddiem is-suċċessi fl-isport tal-isparar, il-Gvern huwa impenjat li pajjiżna jkollu shooting range ta’ livell internazzjonali. Din il-wegħda kienet fil-manifest u l-Gvern qed iħejji l-pjanijiet neċessarji biex din il-wegħda titwettaq. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, waqt li attenda għal ċerimonja t’għoti tal-midalji li saret fis-Shooting Range il-Bidnija.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo kompla jgħid li din il-faċilità nazzjonali ġdida tal-isparar għandha ssir mhux biss għax Malta qed nagħmlu suċċess f’dan l-isport imma għax permezz tagħha Malta jista’ jkolla pilastru turistiku ieħor, dak tat-turiżmu sportiv. Huwa qal li l-Gvern irid jagħti ċ-ċavetta lill-għaqdiet biex ikunu huma li joħorġu b’inizjattivi ħalli jkompli jikber dan il-qasam.

Buontempo, filwaqt li feraħ lill-dawk l-atleti fosthom lil William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb u Eleanor Bezzina, li għamlu suċċess għal Malta f’kompetizzjonijiet riċenti, saħaq fuq l-importanza tas-support tim li għandhom l-atleti għax mingħajr il-professjonalità ta’ dawn il-persuni, l-atleti ma jkunux atleti professjonali mingħajr dan is-support.

Huwa awgura kull suċċess lill-Malta Shooting Federation kif ukoll lil Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti s–Sur Julian Pace Bonello.





Leave a comment