- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Gvern jipprova jressaq l-Isport lejn il-lokalitajiet

Posted By Sportinmalta On February 9, 2014 @ 10:40 am In Featured,Other | No Comments

Ħadd daqs il-Kunsilli Lokali ma jista’ jkun sieħeb daqshekk importanti biex inressqu l-iSport lejn il-lokalità, dan għaliex huma l-Kunsilli Lokali li jafu r-realtajiet tal-lokalità tagħhom. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-iSport, Stefan Buontempo, waqt laqgħa mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

F’din il-laqgħa is-Segretarju Parlamentari Buontempo semma kif fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi mnedija skema “Sport għall-Lokalità”. F’din l-iskema l-Kunsilli Lokali se jkollhom rwol ċentrali fejn se jkunu qed jiġu mistiedna biex iressqu l-ideat tagħhom għall-programm sportiv fil-lokalità tagħhom. Barra minn hekk, se jkunu l-assoċjazzjonijiet sportivi, klabbs u sportivi individwali biex imexxu l-attivitajiet sportivi fil-lokalità tagħhom. Din l-istrateġija se tippermetti li l-attivitajiet sportivi li jsiru jkun ffukati fuq ir-realtajiet tal-komunita’ rispettiva.

Dr. Buontempo semma wkoll li l-għajnuna finanzjarja ser tingħata skont il-popolazzjoni tal-lokalità u ser ikunu eliġibbli kemm il-Kunsilli Lokali kif ukoll il-Hamlets.  M’hix eskluża linumru ta’ Kunsilli Lokali jingħaqdu flimkien biex itellgħu attivitajiet sportivi.

F’din il-laqgħa ġew diskussi oqsma oħra fejn jista’ jkun hemm kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-iSport. Fost l-oqsma lissemmew hemm l-iskemi ffukati għall-għaqdiet taż-żgħażagħ, liema skemi qed jiġu amministrati mill-Aġenzija Żgħażagħ.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-gvern-jipproba-jressaq-l-isport-lejn-il-lokalitajiet/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.