Il-Gvern jahdem flimkien mal-KOM

Wednesday, July 10, 2013, 10:19

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed jaħdem flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti biex jiġi ffinalizzat il-pjan ta’ fondi li se jwassal għal-Logħob Olimpiku tal- 2016. B’dan il-mod ikun qed jiġi mwettaq l-impenn li dan il-Gvern ħa biex lallokazzjoni finanzjarja li tingħata lill-Kumitat Olimpiku Malti tkun ibbażata fuq ċiklu olimpiku ta’ kull erba’ snin. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għarRiċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Stefan Buontempo waqt li kien qed jiltaqa’ mal-atleti li ħadu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru lLussemburgu u l-Logħob tal-Mediterran li saru t-Turkija. Matul din l-attività isSegretarju Parlamentari Buontempo ppreżenta l-għotjiet finanzjarji lill-atleti.

F’kelmtejn qosra Buontempo qal li Il-Gvern ser jaħdem biex itejjeb l-iskema 20/20, skema li tagħti l-faċilità biex sportivi professjonali jkun jistgħu jqassmu l-ġimgħa tax-xogħol tagħhom 20 siegħa xogħol u 20 siegħa taħriġ. Din l-iskema qed tgħin biex aktar atleti jiksbu t-taħriġ meħtieġ u jkunu jistgħu jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet barra minn xtutna.

Il-Gvern għalhekk qiegħed jistudja wkoll l-possibbiltà biex minbarra l-atleti jibbenefikaw ukoll il-kowċis billi jiġu inklużi f’din l-iskema. Din il-miżura tkompli tgħin biex jitjieb il-livell tal-isport u l-isportivi ta’ pajjiżna.

Buontempo rringrazzja lill-atleti, lis-support staff u anke lill-familjari ta’ dawn l-atleti għas-sagrifiċċju personali li jagħmlu biex itejbu d-dixxiplina tagħhom u jagħmlu unur lil Malta.

Huwa saħaq li l-Gvern ser ikompli jgħin lill-Kumitat Olimpiku Malti filkompetizzjonijiet li ġejjin u rringrazzja wkoll id-diriġenti ta’ dan il-kumitat għall-ħidma tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo appella biex inħarsu ‘l quddiem u nitgħallmu mill-esperjenzi varji li għaddejna minnhom ħalli b’hekk ikollna aktar suċċessi fil-futur.

 





Leave a comment