Il-Gvern huwa kommess li jinvolvi aktar lill-Kunsilli Lokali fl-isport – Stefan

Wednesday, June 26, 2013, 17:48

Il-Gvern huwa kommess li jinvolvi l-Kunsilli Lokali fl-isport biex b’hekk ikollna aktar programmi sporitivi fil-komunitajiet tagħna mhux biss bl-użu talfaċilitajiet fil-lokalitajiet imma wkoll wkoll programmi li jiġu organizzati millKunsilli Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Stefan Buontempo waqt li kien qed jinawgura l-programmi sportivi mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.

Buontempo saħaq li l-isport irid jinżel aktar fuq livell ta’ komunità. Għalkemm jeżistu diversi għaqdiet f’diversi lokalitajiet, u anke faċilitajiet, il-Kunsilli Lokali huma aktar konxji tal-bżonnijiet li jeżistu fil-lokalitajiet tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari Buontempo saħaq li dan il-proċess irid isir bi sħab bejn il-Kunsilli Lokali, il-Kunsill Malti għall-Isport u anke l-għaqdiet sportivi.

F’din l-inizjattiva il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa se jinvesti b’madwar €2,800 f’dawn l-attivitajiet u l-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mad-Dipratiment talGvern Lokali se tiffinanzja €1,400.

F’din l-iskema l-Kunsill Malti g]all-Isport se jiffinanzja €30,000 filwaqt li ddipartiment għall-Gvern Lokali se jiffinznja l-istess ammont.





Leave a comment