- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Gozo Motorcross Association se torganizza Fun Race

Posted By Sportinmalta On January 23, 2018 @ 7:19 am In Featured,Motorsport | No Comments

l-Gozo Motorcross Association se torganizza Fun Race, nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar, fit-trakka Ta’ Xħajma. It-tlielaq jibdew fis-1pm u din se tkun waħda differenti minn tas-soltu.

Is -sewwieqa ta’ kull klassi ser jinbidel posthom u għaldaqstant għandu jkun hemm taħlita ta’ abilitajiet differenti jikkompetu flimkien.

Se jieħdu sehem muturi 125cc biss u dawk is-sewwieqa veterani kollha huma mistiedna biex jieħdu sehem f’din l-attivita’.

It-tfal u żgħażagħ huma wkoll mistiedna biex jiltaqgħu flimkien u jagħmlu tellieqa bejniethom. Importanti li dawk li għandhom l-eta’ minn 6 sa 13 –il sena, irid ikollhom il-kunsens tal-ġenituri.

Se jkun hemm ukoll tellieqa speċjali li fiha jkun hemm sewwieqa nisa biss.

Filwaqt li l-assoċċjazzjoni dejjem tħeġġeġ biex sewwieqa ġodda jingħaqdu magħha, għal aktar tagħrif tistgħu tidħlu fuq il-paġna ta’ Facebook li hi https://www.facebook.com/gmagozzo


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-gozo-motorcross-association-se-torganizza-fun-race/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.