- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Gozo Motorcross Association organizzat l-ewwel Fun Race

Posted By Sportinmalta On January 30, 2018 @ 7:55 am In Featured,Motorsport | No Comments

Nhar il-Ħadd li għadda mis-1pm fit-trakka Ta’ Xħajma, il-Gozo Motorcross Association organizzat Fun Race.

Din il-Fun Race ser kienet waħda differenti minn tas-soltu. Is-sewwieqa tal-klassijiet A, B u C ġew mibdula u għalhekk it-tlielaq qanqlu interess hekk kif xi sewwieqa sabu ruħhom jikkompetu ma’ oħrajn li mhux soltu jkunu fil-klassi tagħhom.

Fi klassi A kellna lil Joseph Bigeni li ġab punti massimi f’din il-kategorija. Robert Spiteri daħal fit-tieni post segwit minn Nataniel Camilleri.

Jorn Stellini ukoll akkwista is-60 punt tal-ġurnata filwaqt li Matthew Zammit daħal fit-tieni post segwit minn Godfrey Bigeni.

Klassi C ukoll kienet waħda nteressanti hekk kif rajna żewġ sewwieqa li ddebuttaw f’din il-klassi u għamlu suċċess. Glenn Vella wera ħila liema bħalha u rebaħ l-ewwel post. Warajh, fit-tieni post daħal Kurt Fenech. Imbagħad kellna lil Mark Zammit, li ukoll mar tajjeb ħafna u rnexxielu jakkwista t-tielet post.

L-assoċċjazzjoni dejjem tħeġġeġ biex sewwieqa ġodda jingħaqdu magħha.

Fil-kategorija 125cc, sewwieqa li s-soltu narawhom fi Klassi A ddominaw. Etinne Bigeni fl-ewwel post kien segwit minn Steve Xuereb li warajh daħal Robert Spiteri.

Il-president tal-għaqda, Frank Xuereb qassam trofej lir-rebbieħa kollha. Sett ġdid ta’ trofej magħmul artistikament bl-idejn mis-sewwieq Steve Xuereb ġie ippreżentat lis-sewwieqa rebbieħa tal-kategorija 125cc.

Tfal interessati f’dan l-isport kellhom l-opportunita’ li jduru mat-trekk fuq muturi motocross ma sewwieqa adulti. Dan l-isport joffri dixxiplina, rispett u kunfidenza lil kull min jipparteċipa fih speċjalment jekk jinbeda minn eta’ zgħira.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-gozo-motorcross-association-organizzat-l-ewwel-fun-race/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.