Il-gowler ta’ Xewkija Mark Grima rebbieħ tal-BOV GFA Plejer għax-Xahar għal Frar

Wednesday, April 3, 2019, 12:01

Il-gowler ta’ Xewkija Tigers Mark Grima huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Frar 2019. Horace Laudi, Uffiċjal Kap fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew lil Mark.

Grima kellu jitlef xi partiti minħabba korriment li kellu fil-bidu tal-istaġun tal-futbol, madankollu huwa rkupra malajr u reġa’ kiseb postu bejn il-lasti għal Xewkija.

Ir-riżultat ta’ 1-1 kontra Nadur Youngsters seta’ kien ħafna agħar għal Xewkija li kieku ma kienx għal Grima li laqa’ b’mod eċċellenti sensiela ta’ xuttijiet biex għen lit-tim tiegħu jikseb dak il-punt importanti – prestazzjoni li reġa’ wera fit-telfa tagħhom ta’ 2-1 kontra Victoria Hotspurs. Bejn dawn iż-żewġ partiti Xewkija kellhom rebħa kbira ta’ 7-1 fuq Għarb Rangers.

Grima, li issa għandu 34 sena, beda l-karriera tiegħu f’età żgħira ħafna ma’ Victoria Hotspurs fejn rebaħ unuri fil-GFA l-1 u t-2 Diviżjoni bejn l-2008 u l-2011. Huwa kien ukoll wieħed mill-gowlers tat-Team Gozo fit-Tazza tar-Reġjuni tal-UEFA.

Mark għażel lil Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment