- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-gowler ta’ Mosta Maria Xuereb tirbaħ l-unur għal Novembru/Diċembru 2017

Posted By Sportinmalta On January 16, 2018 @ 2:08 pm In Featured,Football | No Comments

Maria Xuereb ta’ Mosta FC hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Novembru u Diċembru 2017.

Il-gowler ta’ 19-il sena kellha sensiela ta’ saves sbieħ fil-ħames partiti li Mosta FC lagħbu matul Novembru u Diċembru biex żammew riżultati rispettabbli kontra l-avversarji tagħhom li jinsabu aktar ’il fuq fil-klassifika.

Maria kellha wkoll l-ewwel wirja tagħha f’partita internazzjonali meta ddebuttat mat-Tim Nazzjonali tan-Nisa bħala sostitut fir-rebħa ta’ Malta ta’ 4-0 kontra l-EGħM u għenet lil Malta ma ssofri l-ebda gowl.

Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa lil Maria Xuereb.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-gowler-ta-mosta-maria-xuereb-tirbah-l-unur-ghal-novembrudicembru-2017/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.