Il-gowler ta’ Mosta Maria Xuereb tirbaħ l-unur għal Novembru/Diċembru 2017

Tuesday, January 16, 2018, 14:08

Maria Xuereb ta’ Mosta FC hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Novembru u Diċembru 2017.

Il-gowler ta’ 19-il sena kellha sensiela ta’ saves sbieħ fil-ħames partiti li Mosta FC lagħbu matul Novembru u Diċembru biex żammew riżultati rispettabbli kontra l-avversarji tagħhom li jinsabu aktar ’il fuq fil-klassifika.

Maria kellha wkoll l-ewwel wirja tagħha f’partita internazzjonali meta ddebuttat mat-Tim Nazzjonali tan-Nisa bħala sostitut fir-rebħa ta’ Malta ta’ 4-0 kontra l-EGħM u għenet lil Malta ma ssofri l-ebda gowl.

Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa lil Maria Xuereb.





Leave a comment