Il-ftehim dwar il-bejgħ tal-Korsa taż-żwiemel tal-Marsa għandu jiġu ppubblikat b’mod immedjat

Monday, April 10, 2017, 21:28
David Agius
Wara dak li ġie ppublikat minn The Malta Independent on Sunday, fejn ħareġ li is-sid ewlieni tal-kumpanija li se tkun qed tieħu taħt idejha l-korsa tal-Marsa u l-madwar għal 65 sena, huwa wieħed mis-sidien ta’ Henley & Partners, il-Gvern għandu jippublika dan il-ftehim b’mod sħiħ u b’mod immedjat.
Dan anke fid-dawl tal-fatt li r-rappreżentant Malti ta’ din il-kumpanija li ffirmat il-ftehim stqarr li ma għandu l-ebda problema li dan il-ftehim jiġi ppublikat biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf x’fih. Henley & Partners huma magħrufa għal bejgħ ta’ passaporti, fosthom taċ-ċittadinanza Maltija u mhux tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi. Il-kumpanija li magħha l-Gvern iffirma ftehim kienet mwaqfa fl-istess ġurnata li ġie ffirmat il-ftehim u għaldaqstant, dan juri li din il-kumpanija ma għandiex esperjenza f’dan il- qasam sportiv. Għal kuntrarju, is-sid ewlieni tal-kumpanija ġej minn kumpanija li fuqha hemm dubji kbar dwar allegazzjonijiet ta’ korruzjoni fil- bejgħ ta’ ċittadinanza ta’ pajjiżi varji.
Fl-aħħar snin, Joseph Muscat qassam artijiet u bini pubbliku lil min xtaq hu. Għamel ftehim wieħed wara l-ieħor kontra l-interess tal-poplu Malti bħal dawk ta’ Cafe’ Premier, l-bini fi Strada Zekka, l-Australia Hall, l-art fejn hemm l-ITS u ż-Żonqor.
F’ġieħ is-sewwa u t-trasparenza, l-korsa taż-żwiemel tal-Marsa għandha tingħata biss lil investituri li verament lesti jwettqu proġett għall-ġid tad- dilettanti taż-żwiemel u mhux ta’ spekulaturi tal-bini.




Leave a comment