Il-Flotta tal-RMYC f’Scoglitti għas-Citadel Sicily Weekend Regatta

Wednesday, May 9, 2018, 9:58

L-ibburdjar huwa wieħed mill-isports l-aktar dipendenti fuq it-temp, li jħallu l-ekwipaġġi dipendenti mill-kundizzjonijiet tar-riħ u tal-baħar u li ħafna drabi, kundizzjonijiet ħżiena jfixklu kull pjan mħejji.

Is-Citadel Sicily Weekend Regatta, li għal darb’oħra kienet sponsorjata minn Citadel Insurance plc, kienet prova ta ‘dan, meta l-pjanijiet oriġinali,  biex il-flotta tar-Royal Malta Yacht Club tmur lejn Marzamemi,  kellhom jinbidlu minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena li kienu previsti għal perjodu tat-tellieqa. Dawn il-kundizzjonijiet kienu ser jagħmluha impossibbli għall-flotta li tidħol ġewwa Marzamemi. Bl-ekwipaġġi ħerqana għall-ewwel tellieqa l-barra mix-xtut Maltin, ir-Royal Malta Yacht Club iddeċieda li jipproċedi bit-tellieqa iżda il-Club biddel id-destinazzjoni lejn Scoglitti raħal żgħir tas-sajd fin-naħa tan-nofsinhar ta ‘Sqallija.

Malta- Scoglitti

B’tluq il-Ħadd filgħodu, id-Direttur tat-Tellieqa Peter Dimech għażel li għall-bidu tat-tellieqa  jissepara il-bidu, b’distakk ta’ ħames minuti, il- Cruisers u il-Klassi IRC 2 minn mall-flotta tal-Klassi IRC 1.  Il-flotta  bdiet it-tellieqa f’kundizzjonijiet favorevoli.  Hekk kif il-flotta bdiet tersaq lejn Scoglitti, bdew it-tattiċi sabiex il-jottijiet jippruvaw jieħdu l-ewwel post. Din il-mossa kienet ta’ suċċess għal Dave Latham (Seawolf of Southampton). Il-bqija tal-flotta żammet ġeneralment lejn il-kosta t’Għawdex, qabel ma sar kull tentattiv biex titieħed l-iqsar rotta lejn Scoglitti.

Sfortunatament, hekk kif bdew jitbegħdu minn Malta, il-kundizzjonijiet tal-baħar, li beda jitqawwa ikkawżaw xi ħsarat lill-Fast Forward ta ‘Mark Vassallo u l-Café de Paris ta’ Pier Luca Demajo li kellhom jirtiraw mit-tellieqa u jirritornaw lejn Malta  Hekk kif il-flotta bdiet tavviċina lil Sqallija, ir-riħ beda jbatti. Kaġun ta’ dan,  il-maġġoranza tal-flotta għażlet li tirtira minħabba li ma kienux ser jaslu Scoglitti fil-ħin stabbilit. L-ewwel jott li wasal f’Scoglitti kien Xpresso ta ‘Sean Borg, madankollu kien Seawolf  of Southampton ta’ Dave Latham li rebaħ it-tellieqa f’ħin korrett.

Scoglitti – Malta

It-tellieqa lura lejn Malta saret f’kundizzjonijiet aħjar meta d-dgħajjes kollha lahqu jaslu Malta sas-19: 30 ta’filgħaxija.  Wara bidu kemm xjen kalm minn Scoglitti, il-flotta kellha tellieqa  viċina, b’tlett siegħat biss jisseparaw il-flotta kollha. B’xorti tajba, ir-riħ li kien qiegħed ibatti żamm biżżejjed biex jippermetti li kull jott jispiċċa f’ħin tajjeb.

L-ewwel li wasal Malta kien  Comanche Raider III ta ‘Jonas Diamantino. Iżda fr-riżultati finali, f’ħin korrett kienu Xpresso ta’ Sean Borg li ħa l-ewwel post, segwit minn Seawolf of Southampton ta’ Dave Latham u Allegra ta’ Patrick Vassallo.

“Wara l-kundizzjonijiet diżappuntanti li l-flotta tagħna ltaqgħu magħhom fi triqthom lejn Scoglitti, kien soddisfaċenti ħafna li tara d-dgħajjes jispiċċaw kollha, minkejja li ftit dgħajjes ma qrawx l-istruzzjonijiet li tajniħom u rrealizzaw  li ħadu żball fil-korsa meta d-dgħajjes li kienu qabilhom rawhom iduru mal-Fairway Buoy “- stqarr Peter Dimech, Direttur tat-Tellieqa.

Ir-Royal Malta Yacht Club huwa grati  tal-assistenza volontarja mogħtija minn Peter Dimech, Richard Dennis u Dennis u Nadya Flores li ġew speċifikament minn Għawdex biex jassistu f’din it-tellieqa.

“Din it-tellieqa hija waħda mit-tlielaq ewlenin fl-iskeda tar-Royal Malta Yacht Club. Aħna nemmnu fl-appoġġ u t-trawwim tal-isports tal-ibburdjar u għalhekk aħna ninsabu impejnati li nassistu lejn l-isforzi tal-Club, u ninsabu kburin li nkunu sponsor uffiċjali ta’ din it-tellieqa.  Is-Citadel Insurance plc qeda tħares il-quddiem biex naħdmu mal-Royal Malta Yacht Club biex nibnu fuq is-suċċess ta’ dan l-avveniment. ” Angela Tabone, Direttur Maniġerjali Citadel Insurance plc.

L-Għoti tal-Premijiet saret ġewwa ir-Royal Malta Yacht Club fil-preżenża tar-rapreżentanti tas-Citadel Insurance plc.

Riżultati:

Malta – Scoglitti 

IRC Class1

L-ewwel post  – Xpresso (Sean Borg)

IRC Class 2

L-ewwel post  -  Seawolf of Southampton (Dave Latham)

Overall

Seawolf of Southampton (Dave Latham)

Scoglitti – Malta

IRC Class 1

L-ewwel post   –   Xpresso (Sean Borg)

It-Tieni post –    Allegra (Patrick Vassallo)

It-Tielet post -      Unica (Jamie Sammut)

IRC Class 2

L-ewwel post   –      Seawolf of Southampton (Dave Latham)

It-Tieni post –        Maltese Falcon (Jonathan Camilleri Bowman)

It-Tielet post -       Nauti Buoy (Robert Ciantar)

IRC Cruisers

L-ewwel post   -   Manana (Peter Ellul Vincenti)

Overall

Xpresso (Sean Borg)





Leave a comment