Il-Finali tal-YAMAHA Gozo Motocross Championship

Wednesday, May 2, 2018, 11:21

Nhar is-Sibt li ġej, 5 ta’ Mejju 2018, fit-trekk Ta’ Xħajma se ssir il-finali tal-Yamaha Gozo Motorcross Association 2017/18. Il-kompetizzjonijiet jibdew fl-erbgħa ta wara nofsinhar.

Il-prezentazzjoni tat-trofej tkun wara li jispiċċaw t-tlielaq, fit-trakka stess. Eżatt wara is-sewwieqa u l-familji u ħbieb tagħhom ikomplu jiċċelebraw flimkien permezz ta BBQ kbir li ser isir fuq il-post.

Issa li l-kampjonat wasal fi tmiemu, is-sewwieqa huma lesti li jsaħħu l-pożizzjonijiet tagħhom. Kollox huwa possibli f’dan l-aħħar rawnd tal-kampjonat Għawdxi. Li hu żgur huwa li l-GMA tinkuruna ċ-ċampjins il-ġodda tal- 2018.

Il-Kampjonat jagħlaq billi l-ewwelnett jingħataw trofej lir-rebbieħa tal-ġurnata. Imbagħad tingħata tifkira lis-sewwieqa kollha, kif ukoll jiġi ppremjat l-aqwa sewwieq 2018.

Fl-aħħarnett tingħata l-Frank Bruno Motocross Award 2018 lil dak is-sewwieq li jkun wera mpenn, dixxiplina u dedikazzjoni matul l-istaġun kollu.

Għal izjed informazzjoni, żur il-paġna https://www.facebook.com/gmagozzo





Leave a comment