“Il-Federazzjonijiet ma kellhomx budget tekniku fl-ewwel erba’ xhur tas-Sena” – KOM

Monday, November 15, 2010, 14:30

Il-Ġimgħa l-oħra waqt Konferenza Stampa ndirizzata mill-Imħallef Lino Farrugia Sacco President tal-Kumitat Olimpiku Malti ingħataw dettalji dwar l-edizzjoni li se ssir f’Malta tal-Mediterranean Friendship Games.

Lejn il-ħin tad-domandi il-ġurnalista sportiv ta’ Media.link Communications illum editur ukoll tal-ġurnal in-Nazzjon, Chris Muscat  saqsa lill-Imħalħef għaliex il-KOM ma ħariġx ir-rapport ta’ analiżi li ssoltu jsir mill-KOM wara kull kompetizzjoni Internazzjonali b’referenza għall-logħob tal-Commonwealth.

Grazzi għal din id-domanda sa fl-aħħar il-KOM irrilaxxa dan ir-rapport ta’ analiżi li ta’ min jixtarru sew.

Ir-rapport fit-totalita’ tiegħu hu s-segwenti:

Il-Kumitat Olimpiku Malti fl-aħħar ġimghat għamel analiżi b’mod dettaljata dwar ir-riżultati li l-Atleti Maltin kisbu waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Logħob tal-Commonwealth.  Ir-riżultati ġew analiżati fil-kuntest ta’ taħrig li għamlu l-atleti kif ukoll tal-progress fil-livell ta’ dan il-Logħob fl-aħħar erba’ snin.

M’huwiex sigriet li wieħed stenna medalji fl-isparar, medalji li kienu jistgħu jiġu milħuqa minn William Checuti, u mill-pairs team fl-Iskeet irġiel u trap nisa.  Ġara’ pero’ li filwaqt li Checuti spara ħames rawnds tajbin ħafna, huwa spara rawnd ħazin minnħabba problema tekninka li inqalet dak il-ħin.  Bir-riżultat li kiseb erba’ snin ilu kien jidħol bmod komdu fil-finali.  Clive Farrugia u Darren Vella li kellhom wirja tajba u spiċċaw ir-raba’ imma setghu facilmet spicaw  b’ medalja tal-fidda jew bronz li kieku Vella kellhu l-esperjenza ta` kompetizzjonijiet ta’ dan il-livell.  L-istess għal Kate Cassar li anke  hija nieqsa mill-kompetizzjonijiet Internazzjonali.  Cassar għamlet skor simili għal dak li għamlet Maddison erba’ snin ilu. 

In-nuqqas ta` esperjenza minn kompetizzjonijiet Internazzjonali ma kienetx kapriċċ ta` min kien qed jipprepara.  Ma ninsewx li fi tmiem l-2009 u l-bidu ta` l-2010 kien hemm diskussjonijiet mal-Kunsill Malti għal-Isport li sfortunatament ħadu fi tul u l-għajnuna teknika lil kull Federazzjoni ma ġietx mħabbra qabel Mejju 2010.  Dan kien ifisser li l-Federazzjonijiet ma kellhomx budget tekniku fl-ewwel erba’ xhur tas-Sena. 

Il-Malta Shooting Federation per ezempju ma ħadux sehem fil-kompetizzjoni li saret fi Frar fl-Indja fl-istess Ranges tal-kompetizzjoni minnhabba  nuqqas ta` fondi.  William Checuti iniffsu ikikonferma li dan kien ta` żvantaġġ għat-tiraturi tagħna.  It-tiraturi l-oħra neqsin iktar minn Checuti minn fondi u ma kellhom l-ebda opportunita’ li jisparaw f`dan il-livell ħlief waqt il-Kampjonati ta` Dinja li saru fi Munich il-Ġermanja.  Bl-ispejjeż dejjem jiżdiedu wieħed dejjem jittama f`għajnuna ikbar u mhux li l-għajuna tasal hekk tard.  Nittamaw li ma jiġriex l-istess fil-preparazzjoni għal Liechtenstein. 

Biex ikunu qed ngħidu kollox l-atleti xorta waħda baqgħu jitħargu pero’ wieħed kulltant kellhu jagħlaq għajn waħda fil-monitoring għax ma tista` tobbliga lil ħadd joħrog ħafna flus minn butu.  Min rebaħ il-medalji fosthom l-Indja u l-Ingilterra li żiedu ħafna fir-riżultati għandhom set-up enormi li jiswew ħafna flus kif jistgħu jixhdu l-atleti li marru Delhi.  Bil-fondi kif qegħdin fil-preżent l-Federazzjoni lanqas biss għanda budget biex iġieb kowċ minn barra biex jgħin teknikament lit-tiraturi Maltin.  Għalkemm dan kollhu jekk wieħed iżur semplicament l-aħħar edizzjoni jista jinnota li r-riżultati, barra ta` William Chetcuti  fl-isparar kienu aħjar.

Malta kellha delużjoni fil-Lawn Bowls.  Għalkemm mir-rizultati tal-World Bowls Federation, l-atleti Maltin kienu sejrin tajjeb bla dubju dawn fallew f`din l-edizzjoni.  Il-Kumitat Olimpiku tgħallem minn esperjenza simili fejn innota li huwa problema kbira li wieħed jagħmel monitoring ta` Atleti fl-Awstralja

Fl-Isquash, Malta fis-singles u d-doubles rebħet ma min fuq il-karta kellha tirbaħ.  Fil-logħbiet l-oħrajn huma kienu sfortunati li ltaqghu ma` timijiet seeded u kienu viċin li jirbħu kif jindikaw ir-riżultati.  Hindle Deguara kellhu l-isfortuna li jilgħab kontra l-Awstralja b`referee Awstraljan, deċizzjoni li ftit li xejn tinżel tajjeb, liema referee kien ta` xkiel kontinwu ghħl player Malti li weġġa anke fil-konfront.

Fl-Atletika Rebecca Camilleri li aktar kmieni qabel il-loghob kienet kontinwament fuq is-sitt metri kellha kompetizzjoni mhux ta` livell tagħha.  Għalkemm kienet biss erba’ ċentimetri ‘il bogħod minn finali u għalkemm qabżet 5.95 metri li hija deheb tal-GSSE ta` Ċipru, xorta kellha tikseb riżultat aħjar.

Il-Kumitat Olimpiku għamel analizi fid-detall ta` din l-esperjenza fl-Indja u ser juża dak kollhu li ħareg minn din l-analizi sabiex jinkisbu riżultati aħjar fil-Kompetizzjonijiet li jmiss, dejjem fejn ikun possibli finanzjarjament.





1 Comment

  1. clayton formosa says:

    xigifieri mela ha tkompli din il-pika bejn il-KMS u l-MOC ….l-atleti qed ibghatu tafu ?

    [Reply]

Leave a comment