Il-Faċilitajiet Sportivi – Sħubija bejn il-Gvern, l-Assoċjazzjonijiet Sportivi u s-Settur Privat

Friday, December 13, 2013, 16:11

Il-faċilitajiet sportivi f’pajjiżna joffru potenzjal għal sħubija bejn l-assoċjazzjonijiet sportivi, il-Gvern u s-settur privat. Il-Proġett li qed tagħmel il-‘Malta Basketball Association’ huwa eżempju ċar ta’ dan. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ, u Sport, Stefan Buontempo waqt li indirizza konferenza stampa flimkien mad-diriġenti tal-Malta Basketball Association dwar il-proġett tat-tinda ġdida tal-padiljun ta’ Ta’ Qali.

 

Dr Buontempo qal ukoll li dan hu l-għan tar-riforma fl-isport li se tkun implimentata s-sena li ġejja. Din ir-riforma se tagħti spazju lis-settur privat filwaqt li l-Kunsill Malti għall-Isport se jkun jista’ jikkonċentra fuq il-funzjoni primarja tiegħu, dak ta’ regolatur.

 

Is-Segretarju Parlamentari ġie mdawwar mal-Kumpless mil-President tal-Malta Basketball Association is-Sur Paul Sultana, u ppreżenta assistenza finanzjarja lill-assoċjazzjoni biex tkun tista’ tkompli b’dan il-proġett.

 

Preżenti kien hemm ukoll iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Isport, Dr Luciano Busuttil.

 

 





Leave a comment