Il-European Team Championships f’Ġunju fil-Marsa

Saturday, May 29, 2010, 15:00

Kif diġa ġie ddikjarat mill-‘media’  f’ħafna okkażżjonijiet  il-‘Malta Amateur Athletics Association’ rebħet l-offerta li tilqa’ t-tieni edizzjoni tal-‘European Team Championships’ (3rd League) ġewwa Malta fid-19 u l-20 ta’ Ġunju, 2010. Għal dan l-avveniment iktar minn 650 Atleta barranin u uffiċjali se jkunu ġewwa Malta għal din il-kompetizzjoni. Apparti mill-aspett ta’ interesss li wriet il-‘media’ internazzjoni,  minn rappreżentanti ta’ ġurnali tal-isport u kummentaturi ta’ radji u anke preżentaturi ta’ televiżjonijiet internazzjonali.  Fuq kollox, xi pajjiżi li se jikkompetu qed jissuġġerixxu l-possibilita li l-avveniment jintwera dirett fuq stazzjonijiet barranin. Fil-mument din il-possibilita’ qiegħda tiġi diskussa mill-Kumitat Organizzattiv  Lokali (LOC).

It-timijiet li huma mistednin jipparteċipaw f’dawn iċ-‘Championships’ huma:- Albania, Andorra, Armenia, Azerbaijan, Bosnia & Herzegovina, Bulgaria, Cyprus, Denmark, Iceland, Former Yugoaslav Republic of Macedonia, Georgia, Luxembourg, Montenegro, the combined team of the Small States of Europe’ , u ovvjament Malta li se tkun qed tilqa’ lil dawn il-pajjiżi.

Il-lista ta’ parteċipanti din il-kompetizzjoni se tkun waħda ta’  livell għoli. Il-kompetizzjoni se tkun organizzata bil-koperazzjoni tal-‘European Athletics’ li se jkunu qed jibgħatu diversi delegati biex josservaw u jassistu fl-organizzjonijiet ta’ dan l-avveniment. Il-‘European Athletics’ ifittxu l-għola livell ta’ organizzaturi u jistipulaw li minn ta’ l-inqas iktar minn 35 ‘test’ għal ‘doping’ jiġu osservati.  Dawn l-ammonti ta’ testijiet ikomplu  jippreparaw l-Atleti għall-għola livell mhux biss għal livell Ewropew imma ovvjament f’wieħed ta’ rekord Nazzjonali. Bla dubju ta’ xejn ninkludu lil Kyriakos Ioannou ta’ Ċipru, it-tielet fil-‘men’s High Jump’ fl-Olimpjadi ta’ Beijing u t-tieni fil- ‘World Championships’ ta Berlin. L-isprinter straordinarju Ramil  Guliyev  ta’ Azerbaijan, li huwa ‘World Junior Champion’ f’Novi Sad tas-Sajf  li għadda u unur ieħor li nistgħu insemmu huwa il-‘World Chamgionships 200m finali bħala eżempju ieħor.  Infatti dan il-pajjiż ħa tant unuri b’dawn il-‘Junior Athletes’ f’Novi Sad li jistgħu jiċċelinġjaw flimkien ma Ċipru li anke huma mistennija jieħdu posthom b’Eleni Artmata fi’Short Sprints’ biex b’entużjażmu jersqu għal promozzjoni bħala  l-aħjar grupp.

Sadanittant l-Assoċċjazzjoni bir-reqqa kollha tassigura li l-kompetizzjoni tkun ta l-għola livell, billi investit f’appartat ġdid li naturalment ikun anke ta’ benefiċċju għal Atleti lokali fil-futur ġejjini. Wieħed mill-appart ġdid huwa il-‘Pole Vault mat’, investiment ieħor għaqli li sar mill-assoccjazzjoni. Tajjeb insemmu li apparat ieħor li bla dubju ta’ xejn se jsir użu tiegħu mhux biss f’dawn il-jumejn tal-kompetizzjoni iżda anke fil-futur huwa l-‘eletronic Scorebored’ u iktar modernizzar ta’ programmi kompjuterizzati biex inkunu nistgħu jinħarġu riżultati li juru l-‘starting lists’ u l-‘finish time’ skond il-‘lanes’, anke mumenti ta’ reazzjoni fejn applikabbli u l-istat ta kull ‘team’ fl-aħħar ta’ kull avveniment.

Diġa Athletics Malta ħadet azzjoni fuq xogħolijiet infrastrutturali u qed isir xogħol li għad li huwa fi stat avvanzat, ma jonqos id-dehera ta’ l-aħħar irtokki tat-‘track’, il-‘Long jump pits’ u l-‘landing areas’, anke il-bidla ġdida ta’ kuluri li biha issebħet l-‘ispectator stands’ u kabbarna il-‘Gymnasium’ b’appartat iktar aħjar fost oħrajn. Il-Voluntiera issa li ġew identifikat u biżżejjed uffiċjali qed jieħdu struzzjonijiet dettaljati, l-akkomodazzjoni u trasport fil-lukandi huwa ppreparat, biex dan l-avveniment li hu l-ikbar attivia tal-Atleitika li qatt sar f’Malta ikun ta’ suċċess li jagħmel in-nazzjoni kburi.





Leave a comment