Il-EBF ġejjin lura … kif kienu wegħdu!

Saturday, March 31, 2012, 12:29

minn Wilfred Sultana

Aħna nerġgħu nigu lura Malta żgur u nittamaw dalwaqt!” Din kienet dikjarazzjoni li Spencer Brown, President tal-Federazzjoni tal-Boxing Ewropew kien għamel fl-aħħar ta’ Jannar immedjatament fit-tmiem ta’ l-ewwel avveniment tal-EBF li kien qatt sar.

Fil-fatt lejla oħra ta’ Boxing hija ppjanata għal nħar is-Sibt 21 ta’ April. Dan kien ikkonfermat mill-promotur lokali Paul Borg li għal darb’oħra ser jingħaqad mal-EBF biex jorganizza attivitajiet eċċitanti oħra fejn il-protagonista prinċipali se jerġa jkun ‘the hit man’- Il-Malti Billy Corito.

“Aħna se ntejjbu l-livell ta’ l-avversarji tiegħu kull ġlieda fil-futur hekk hu se jkollhu titjib xieraq”, kienet dikjarazzjoni oħra li għamel is-Sur Brown wara l-avveniment ta ‘Jannar.

U għalhekk l-isfidant nominat mill-EBF li jmiss biex jiffaċċja lil Billy Corito se jkun Davey “Boy” Clarke, li r-rekords tiegħu assoċjati mal-EBF huma ta’ 27 ġlieda li minnhom huwa jgawdi 20 rebħa, wahda pariġġ fejn it-telf tiegħu kien biss kontra avversarji ta’ l-għola livell, simili ta’ Mark Potter, Chris Bacon u John Lewis.

Huwa rikonoxxut li l-esperjenza ta’ Davey ‘Boy’ Clarke titfi lill-maġġoranza tal-boxers Heavyweight/Super Heavyweights tal-EBF. Huwa ġellied perikoluż li għandu għarfien tal-boxing li hafna rġiel jixtiequ li għandhom.  Bla dubju li tibni karattru hekk b’saħħtu huwa dejjem naturali meta il-karriera tal-boxing tiegħu kienet tinkludi ġliediet kontra l-eks Champion tad-Dinja Enzo Macrenelli u l-eks Champion Brittaniku Matt Skelton.

Billy Corito inkuruna l-magħmudija tan-nar tiegħu f’EBF f’Jannar billi kiseb iċ-ċinturin Interkontinentali Champion, liema titolu huwa se jkun jiddefendi kontra Davey ‘Boy’ Clarke fil-ġlieda ta’ April.

Ir-rekord ta’ Corito issa telgħet għar-rebħ ta’ tmien ġlidied wara xulxin.  F’seba’ minn dawn huwa nnokja l-avversarji tiegħu, sitta minnhom fit-tieni round u waħda fl-ewwel round.

Barra mill-ġlieda Corito-Clarke il-Lejla Kbira ta’ Boxing nħar il-21 ta ‘April, li se jerġa’ jsir fl-iSky Club ġewwa Paceville, ser jigu ppreżentati wkoll sitt boxers oħra lokali li ser jisfidaw sitt membri tal-EBF.

Il-Federazzjoni tal-Boxing Ewropea hija l-akbar awtorità tal-boxing semi-pro u tal-kullar abjad fil-Gran Brittanja u l-Ewropa. “Ir-relazzjoni ta’ xogħol eċċellenti tagħna ma’ din l-entità awtorevoli qed jagħti mbottatura lill-boxing f’Malta b’mod ġenerali u lill-boxers tagħna b’mod partikolari. Fil-fatt minbarra l-inkontru għat-titolu bejn Corito-Clarke tnejn mis-sitt ġlidied l-oħra se jiġu kkontestati sabiex jiddeċiedu titoli għaċ-ċinturin l-iswed fil-kategoriji rispettivi tagħhom”, iddikjara l-promotur lokali Paul Borg. L-ismijiet tal-boxers li ser jipparteċipaw għandhom jitħabbru l-ġimgħa d-dieħla.

L-isponsors ewlenin tal-Lejla ta’ Boxing f’April huma  RE/MAX Alliance Tigne u The Party Bus Malta.

 

 





Leave a comment