Il- Boxer Dione Galea Jdendel l’ingwanti

Tuesday, July 29, 2014, 23:36

Il- Boxer veteran Malti Dione Galea habbar ufficjalment li qed jirtira darda ghal dejjem mix-xena tal boxing lokali wara li gie operat f’ghajnejh fl-ahhar jiem.

Galea li ghandu 38 sena se jhalli warajh karriera ta’ ‘l fuq min 15 -il sena’ Boxing fejn f’karriera ezemplari ggieled xejn inqas minn 29 glieda ufficjali dukumentata fej kellu xejn inqas min 19 il rebha bl-ahhar wahda rebehha proprju fl-attivita Rock Solid il xar li ghadda meta rebah bil punti kontra Mark Anastasi ghat – titlu tal Prize Boxing Promotion National Semi Pro Championship liema cintorin se jkun l-ahhar wiehed mirbuh minn Galea fil karriera tieghu li issa giet verment fit tmiem. Hu anke fil-passat iggieled il kick boxing.Galea kien diga’ irtira xi snin ilu minhabba injury f’ghajnejh izda kien rega’ lura mid-decizjoni ghall-boxing kompettiitive.Il-Boxer rrakkonta li hu kien diga wegga’ ghajnejh xi snin ilu izda t-tentazzjoni tal- imhabba lejn i-isport ghelbitu u rega beda jiggieled fejn ironikament kien f’dawn l-ahhar snin li kien qed jikseb l-ahjar rizultati b’rebhiet kontra diversi boxers barranin.Hu kkonferma li minkejja u se jieqaf jikkompeti u xorta se jibqa jikowcja sabiex jaghddi dak li jaf lill-istudenti tieghu u boxers ohrajn promettenti.

Intant il Kummissjoni Malta tal Boxing uriet solidarjeta’ ma Dione Galea u ddiskrivitu bhala individwu li dejjem kien ezemplari bil professjonalita tieghu u ispirazzjoni ghat tkabbir ta dan l-isport f’malta.





Leave a comment