Il-BOV Knock-out għal Siġġiewi wkoll

Thursday, April 5, 2012, 11:42

minn Colin Schembri

Bank of Valletta Knock Out – Tieni Diviżjoni

 

Miscela D’Oro Mtarfa 40

Siġġiewi 56

(10-10)(10-11)(5-17)(15-18)

 

Il-partita li għalqet l-istaġun tat-tieni diviżjoni kienet il-finali tal-Bank of Valletta Knock out fejn Siġġiewi għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 56-40. Kienet partita li għalqet staġun mill-aqwa għal Siġġiewi li rebħu t-tlett unuri mingħajr telfa. Mtarfa kellhom is-sodisfazzjoni li b’team b’taħlita ta’ żgħażagħ u players t’esperjenza waslu sal-ewwel finali tagħhom. Depiro kellhom nieqes lil Jarnis Viibe sospiż fil-waqt li Siġġiewi kienu bl-iskwadra kompleta tagħhom. Il-partita bdiet kwieta ferm u wara li fit-tielet minuta Mtarfa kienu 4-2 minn fuq, Siġġiewi għamlu break ta’ 6-0. Joe Vella wieġeb bi trippla għal Mtarfa u wara li Petar Vulovic reġa ta l-vantaġġ lil Siġġiewi, Mtarfa ppareġjaw 10-10. Il-punti komplew ġejjin bil-mod fit-tieni sessjoni b’Shawn Baldacchino jagħmel trippla għal Mtarfa. Il-kumplament tal-punti ġew u baskets ta’ Anthony Shoults u Vulovic biex fl-intervall Siġġiewi kienu 21-20 minn fuq.

Depiro reġgħu marru minn fuq fil-ftuħ tat-tielet sessjoni fil-ftuħ sessjoni 23-21. Hawn Siġġiewi tejjbu l-logħba tagħhom u trippla ta’ Clayton Agius bdietilhom run ta’ 7-0. Darryl Schembri għamel żewġ freethrows għal Mtarfa li pero’ hawn tilfu lil Jeffrey Gatt fouled out u t-tamiet tagħhom ħadu daqqa ta’ ħarta. Fl-aħħar żewġ minuti Siġġiewi għamlu run oħra ta’ 10-0 bi trippli ta’ Agius u Matthew Shoults għal skor ta’ 38-25. Depiro għamlu sforz ieħor fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni bi break ta’ 6-0 pero’ Shoults għamel trippla oħra għal Siġġiewi. Huma komplew b’run ta’ 11-2 biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa. Depiro għalqu l-partita b’żewġ baskets ta’ David Cini u ieħor ta’ Schembri għal skor finali ta’ 56-50. Fi tmiem il-partita Petar Vulovic irċieva t-trofew biex Siġġiewi temmew staġun ferm posittiv.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 10, J. Attard 2, N. Grech, D. Schembri 2, J. Vella 8, A. Psaila, D. Cini 4, J. Gatt 14, C. Calleja.

Siġġiewi: P. Vulovic 10, JP Antoncic 2, C. Agius 8, M. Shoults 10, L. Grech 11, A. Borg 4, N. Falzon 2, E. Vella, A. Debattista, A. Shoults 6, G. Agius 3, K. Farrugia.

Referees: Alfred Carbonaro, Steve Gouder.

 





1 Comment

  1. Karl Borg says:

    bi pjacir jien niftahar li jien kont nfforma parti min dat tim.

    [Reply]

Leave a comment