Il-boom tal-Malta Rugby

Monday, November 21, 2011, 10:12

Persważ li ħafna nies jafu li t-tim nazzjonali tar-Rugby tela’ ħdax–il post fil-klassifika mondjali u bħalissa jinsab fit –tnejn u erbgħin post.  Meta tqis li Malta saret membru ta’ l-Ínternational Rugby Board fis-sena 2000, dan huwa riżultat eċċezzjonali. Għalkemm l-assocjazzjoni lokali twaqfet fl-1991, ma kienx hemm loghob kompetitiv regolari u kien biss meta saret il-Malta Rugby Football Union, li bdiet torganizza loghob kompetitiv u tiehu sehem fil-kampjonati Ewropew u mondjali. Fl-ewwel snin kien hemm numru ta’telfiet kbar sakemm kisbet l-ewwel rebha meta ghelbet lil Monaco 8-3 fis-sena 2003.

L-istil tat-tim Malti huwa li juza l-ballun b’tali mod li tuża l-wisgha tal-pitch kollu biex lil aversarji li normalment huma tqal u b’sahhithom hafna jgibhom f’diffikulta kbira meta jiddefendu. Dan l-istil ta’ logħob huwa attrajenti ħafna għal partitarji biex isegwu u jifhmu r-regoli tal-loghba.  L-MRFU   kienet fortunata ( jew forsi brava)li qabdet numru ta’coaches b’talent kbir fosthom Len Ethel,Ben Bennett,Graham Richards u għal ħafna snin is-sur Damian Neill, u issa saru forza rikkonuxuta qalb pajjiżi kbar li għandha eluf ta’plejers min fejn tagħżel. Hemm iktar nies ta’oriġini Maltija li jgħixu barra milli ġo Malta, allura intbgħatet l-aħbar li plejers li għandhom omm jew missier jew nanniet imweldin go Malta huma eligibli li jilgħabu ghal Malta skond ir-regoli tal-IRB. Dan ifisser li plejers ta’esperjenza huma disponibbli biex isaħħu u jgħinu lil plejers tat-tim nazzjonali li jilgħabu fil-kampjonat lokali.

Ħafna plejers mill-Awsralja u r-Renju Unit waslu pajjiżna biex jilgħabu ghal Malta.  Dan kollu żied element ta’emozzjoni għal familjari Maltin li maru jgixu barra u setgħu jaraw lit-tfal jew neputijiet jilgħabu ghal Malta. Barra minn hekk it-tim Malti kien kapaci jegħleb pajjizi kbar u dejjem ġew imfaħħra ghal organizzazzjoni impekkabli meta l-logħob saru Malta. Il-barranin faħħruna kemm aħna nies li nafu niehdu ħsieb kolllox u hafna partiti kienu eccitanti li ntrebhu u ntilfu fl-ahhar minuta tal-logħba.  Il-president tal-Assoċċjazzjoni Ewropeja tar-Rugby attenda partita hawn Malta u qabbel il-livell tal-logħob internazzjonali ġo Malta ma dak li jintlagħab fl-oghla livell barra minn pajjizna. Sentejn ilu l-konferenza tar-Rugby Ewropew saret f’Malta u hafna delegati barranin qalu li kienet l-ahjar konferenza li attendew.

Intqal li jridu jerġgħu jigu Malta fil-futur qarib. Go pajjizna l-livell qed jiżdied sena wara sena u l-MRFU thajjar ħafnu turisti go Malta biex jilgħabu f’numru ta’ ‘klabb tournaments’ internazzjonali. Iktar plejers lokali qed jiġġieldu biex jiksbu posthom fit-tim nazzjonali u l-iktar plejer li lagħab għal Malta huwa plejer li jilgħab mal-klabb lokali Kavallieri li huwa Ian Borda. Ir-Rugby qed jintlgħab anki ġo l-iskejjel u ż-zgħazagħ qed isaħħu l-għeruq ta’ dan l-isport ġewwa pajjiżna. Il-problema li qed tiffaċja l-Malta Rugby Football Union hija li m’għandiex biżżejjed spazju fejn il-klabbs u ż-żgħażagħjistghu jippratikaw dan l-isport. L-assocjazzjoni ghandha bżonn urġentement ‘stadium’ u ‘pitches’ fejn kulħadd ikollu l-aċċess ghal din id-dixxiplina sportiva. Il-futur jiddependi minn kemm il-pajjiż lest li jinvesti fl-iktar tim sport li Malta kisbet suċċess.





2 Comments

  1. Kenneth says:

    Nixiteq nifrah it-team ta rugby li telghu fil-hdax il-post u ta successi li gabu fil-loghob ta’ rugby internazzjonali grazzi ta’ coach taghhom u ta’ dedikzazzjoni tieghu lejhom u ta’ sforz nobli tal pjayers li gabu resultati positivi u ta dedikazzjoni taghhom.

    [Reply]

  2. fabian says:

    jien ma nifhimx fir Rugby , izda ma nfallix loghba tat team Nazzjonali. Ikun hemm atmosfera tal genn fejn la jinstema kliem hazin , dagha u affarijiet ohra u xorta ikun hemm support kbir specjalment minn meta bdew jitilghu tas SEC. Nahseb li is support li jkun hemm kien ukoll parti strumentali biex in nies jitilaw il ground w dan l-isport jizdied fil popolarita . Prosit u ibqaw sejrin hekk, hasra li ma jkunx hemm aktar loghob fis sena.

    [Reply]

Leave a comment