Iktar suċċessi fl-Isnooker minn Malta 1

Wednesday, April 6, 2011, 19:11

minn Cristian Muscat

Il-wirjiet mill-aqwa tat-tim tal-isnooker Malta 1 fil-kampjonati tat-timijiet ewropej komplew ilbieraħ wara li rebħu kontra t-tim Irlanda 1 biex rebħu post fis-semi finali ta’ dan it-turnament li qed isir ġewwa lukanda ewlenija f’ Bugibba. Tony Drago, Alex Borg u Duncan Bezzina kienu fil-kontroll sa mill-bidu tal-logħob u wara li kisbu vantaġġ ta’ 4 b wieħed, huma amministraw il-logħba b’ mod faċli biex ħarġu rebbieħa bl-iskor komdu ta’ għaxra b erbgħa kontra Robert Murphy, Brendan O’ Donoghue u Rodney Goggins. Fil-11 -il frame, Borg kiseb it-tieni century ta’ dan it-turnament bl-iskor ta’ 112 li huwa t-tieni l-aħjar century f’ din il-kompetizzjoni. L-ikbar break s’ issa huwa dak ta’ 115 mill-plejer minn Wales Daniel Wells. Din ir-rebħa tat-tim Malta 1 żgur li niżlet tajjeb mal-Maltin l-iktar wara li l-Irlandiżi rebħu lit-tim Malta 3 kompost minn Mark Saffrett, Stephen Mangion u Mario Cutajar bl-iskor kbir t’ għaxra b wieħed fir-rawnd tal-aħħar 16 it-Tnejn li għadda.





Leave a comment