Iktar suċċessi fil-Kickboxing

Monday, November 19, 2012, 11:24

minn Alan Borg.

Tmiem il-ġimgħa li għadda ġewwa Trapani fi Sqallija, il-Federazzjoni Dinjija tal- Arti Marzjali ( WMKF) temmet il-Kampjonati tagħha. It-tim Malti niżel lura bl- unuri u b’sodisfazzjon li reġa’ poġġa isem pajjiżna fuq il-mappa sportiva. Din is- sena kkompettew madwar 22 pajjiż differenti fosthom l-Amerka Latina, fejn it- tim tal-Messiku spikka bil-livell għoli tiegħu. Il-Viċi President tal-WMKF, il- Malti Master Silvio Camilleri ġie ppreżentat b’ċertifikat bħala ambaxxatur ta’ Malta fl-isports mis-Sindku ta’ Trapani. Din saret għall-ewwel darba f’dawn id-disa’ snin kemm ilha tikkompeti f’dawn il-Kampjonati  l-iskwadra Maltija.  ”Malta Squad ” kienet iffurmata minn tlettax il-atleta minn tliet clubs ewlenin f pajjizna: WuShuKy Kickboxing Club, The Art of Fighting u the Basement Club. Fid- dixxiplina tal-Full Contact Kickboxing,  Brandon Bogon u Dione Galea rebħu l- final fejn f kategoriji differenti Christian Schembri spiċċa fit-tieni round wara TKO minn Ben Mahmoud ta’  Tuneż. Jos Bonello kien l-uniku Malti li rebaħ fil kategorija tal-Muay Thai kontra avversarju Taljan. Kemm Brenda Micallef u Macchiavelli tilfu l-final tagħhom u spiċaw fit tieni post. Fis-Semi Contact Kickboxing Matthew Borg, Gary Fiorini u Darren Scerri pplejsjaw l-ewwel fil- kategorija taghom filwaqt li Wayne, Matthias ,Christine u Justin ġew fit-tieni post rispettivament.

 

Il-Federazjoni Taljana kellha kliem ta’ tifħir għall-wirja teknika li ta Gary Fiorini u Matthew Borg. Is-sistema tal-ġudikatura kienet ġista ħafna  din is-sena fejn kull pajjiz kellu r- rappreżentanti tiegħu. Għal Malta rrefjaw il-PRO tat-tim Malti Alan Borg u s-Sensei Kenneth Scerri.

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’  Novembru se jsir il-Kampjonat lokali ġewwa Manoel Island u f ‘Marzu li ġej, Malta tikkompeti fl-Irish Open li ssir ġewwa Dublin.
Il-federazjoni Maltija tixtieq tirringrazja lil coaches Simon Chetcuti u Silvio Camilleri tas-sagrifiċċju li għamlu, lil kull min kien ta’ għajnuna biex it-tim Malti seta’ jipparteċipa f’dwan il-Kampjonati fosthom l-Awtorita tat-Turiżmu (MTA) , Air Malta, l-istazzjonijiet tat-telvixin, lil ġurnalista sportiva Catherine Micallef (SportinMalta.com) u Tonio ż-Żambu.
Kull min jixtieq jibda jipprattika dan l-isport, kemm Light jew Full contact, Muay Thai jew bħala fitness sport , l-iskwadra taħt il-WMKF  għandha tliet clubs mifruxin ma’ Malta. Ghal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq: kickboxingmalta@hotmail.com

 





Leave a comment