Iktar flus mill-Gvern lill-Football

Wednesday, February 15, 2012, 17:44
Il-Gvern Malti, ta disa’ miljun ewro f’fondi lill-Assoċjazzjoni tal-Futbol  Maltija biex din tkun tista’ tkompli l-ħidma tagħha fi dsatax-il klabb  tal-futbol Malti. Il-fondi ingħataw f’isem il-Gvern mill-Ministru tal-Finanzi,  l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech lill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo.
Il-Ministru Fenech qal li fl-aħħar erba’ snin, minkejja li l-Gvern naqqas  l-livell tad-deficit, b’vizjoni ċara, żied l-allokazzjoni f’żewġ oqsma, dak  kulturali u dak sportiv. Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ u sport, Clyde  Puli, qal li f’Malta hawn 52 klabb tal-futbol Malti u sissa saru proġetti t’ infrastruttura fuq 33 minnhom. B’hekk, permezz tal-fondi li ngħataw, fis-sentejn  li ġejjin, l-MFA tkun tista’ tkompli l-ħidma tagħha fuq id-dsatax-il klabb li  baqa’.
Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo faħħar din l-għajnuna, li skont  hu se twassal biex it-tfal, minflok jilagħbu fuq it-trab, jilagħbu fuq it-turf.
Hu ħabbar li fil-31 ta’ Marzu se jagħmel żjara qasira f’Malta il-President  tal-UEFA u eks plejer Michele Platini.
Darmanin Demajo sostna ukoll li l-prioritajiet tas-sena 2012 se jkollhom  jinbidlu. Semma kif bl-introduzzjoni tal-Financial Fair Play, il-klabbs ma  jistgħux jonfqu iktar milli għandhom, u l-priorita’ għandha l-ewwel tkun fuq  l-infrastuttura u mhux fuq il-paġi tal-plejers.
Fi tmiem il-Konferenza, ġie iffirmat l-ftehim u ġew imqassma commitment  letters lill-klabbs.




1 Comment

  1. Ray says:

    Nispera li Floriana F.C huwa wiehed minn dawn il-clubs sur darmanin demajo ! Il-club ta’Floriana jixraqlu li jkollu ground u facilitajiet mill-aqwa ghax huwa fost l-eqdem f’malta, apparti li rebah bizibilju unuri. Izda sfortunatament f’dan il-pajjiz jekk ma jkollokx membru parlamentari mir-rahal biex jippuxxjak tibqa l-art. Ezempju car huwa l-progett bellezza li ghamlu lis-sirens. Minsijin minn kulhadd imma xorta nibqghu ma ta fuq, min irid jifhem ha jifhem !

    [Reply]

Leave a comment