Ikomplu il-kampjonati ASM 2009/10

Tuesday, March 9, 2010, 9:56

Nhar il-Hadd 7 ta’ Marzu l-Assocjazzjoni Sport Muturi tkompli l-Kampjonati ASM ASHIKA & POIATTI 2009/10. Din il-gurnata ser tkun tkonsisti fit-tigrijiet bil-Karozzi Autocross u Bangers kif ukoll Muturi Quad Bikes, il-program jibda f’nofsinhar 12:00pm.

Intant harsa hafifa lejn il-klassifika sa l-ahhar tigrija fejn fl-Autocross Klassi A qedin naraw lil Patrick Cassar fuq Opel Corsa ikompli jamel it-triq iktar facli biex jerbah is-sitt Kampjonat tal-Autocross, Cassar b’49 punt jinsab segwiet min Christian Galea fuq Fiat Ritmeo li qed jokkupa it-tieni post f’din il-klassifika b’35 punt, Cassar u Galea jinsabu segwiet min Karmenu Mifsud fuq Hillman Imp li jinsab it-tielet post b’27 punt. Fl-Autocross Klassi B bhalissa jidher li Malcom Borg fuq Opel Corsa u gej Cisku Racing Team harab b’vantagg u qed jilidja din il-Klassifika b’34 punt segwiet min Paul Zammit fuq Ford Fiesta b’19 il-punt, it-tielet post qieghed jigi okkupat min Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift b’16 il-punt.

Fil-Bangers ma kellna l-ebda tibdil fejn ghadna qed naraw lil Dennis Vassallo fuq Cortina li ghadu jokkupa l-ewwel pozizzjoni segwiet min Tony Spiteri fuq Granada, fejn it-tielt post f’din il-klassifika qed tigi okkupata min Mark Micallef fuq Cortina.

Fil-Motocross ghadna qed naraw lil Clayton Camilleri fuq KTM li ghadu qed jiddomina din il-klassifika segwiet tajjeb min Stefan Dimech fuq Honda. Attivita ohra tal-Motocross issir nhar il-Hadd 28 ta’ Marzu 2010.

L-Assocjazzjoni bhal diga habbret li nhar il-Hadd 28 ta’ Marzu ser issir Mini Car Demolition, din hija tigrija ghal dawk il-Karozzi li ma jkunx ikbar min 13 il-pied, ghal xi informazzjoni u/jew Regolamenti fuq din l-attivita wiehed jista jamel kuntatt mas-Segretarju Genearli 9942 5489 jew asm@maltanet.net. L-Assocjazzjoni tfakkar li dawk li huma interessati ser issir meeting fil-Club House l-Imtarfa nhar il-Hamis 18 ta’ Marzu 2010 fit-8:30pm.

Is-Sibt bhas-soltu l-Assocjazzjoni tiehu hsieb it-tela is-sezzjonijiet ta tahrig ghal kull sezzjoni fejn filghodu ikollna tahrig ghal Muturi Motocross u wara nofsinhar jigi organizzata it-tahrig ghal Karozzi Autocross u Bangers, it-tahrig jibqa sejer sa 4:00pm.





Leave a comment