- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ikompli l-mument posittiv ta’ Hibs li jagħtu l-ewwel telfa lic-champions

Posted By sportinmalta1 On February 23, 2015 @ 8:43 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Honey Athleta 58

Pavi Depiro 73

(17-11)(12-19)(14-15)(15-28)

F’partita divertenti, Pavi Depiro kisbu t-tielet rebħa

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

tagħhom fil-kampjonat kontra Honey Athleta 73-58 biex ikkonsolidaw tieni post tal-klassifika. Adrian Mifsud reġa’ ħa l-post ta’ coach għal Depiro minħabba raġunijiet ta’ xogħol ta’ Clelia Benmesbah. Wara l-ewwel basket għal Depiro minn Svetlana Micallef, Athleta wieġbu b’sitt punti konsekuttivi mill-Amerikana Amelia Simmons. Depiro kellhom il-punti ta’ Sam Brincat iżda Athleta kellhom break ieħor qasir ta’ 6-0 bil-punti minn Lonneke Cassar, Simmons u Sammy Jo Barbara. Siarre Evans kellha żewġ baskets għal Depiro qabel ma Emma Moore għalqet is-sessjoni għal Athleta fuq skor ta’ 17-11. Depiro fetħu t-tieni perjodub’ħames punti minn Brincat inkluż trippla. Athleta kellhom il-punti ta’ Leanne Sciberras u Simmons iżda Depiro wieġbu b’żewġ breaks qosra ta’ 8-2 u 6-0 inkluż trippla ta’ Gaby Mifsud u żewġ baskets minn Brincat. Sciberras u Moore wieġbu għall-Athleta però kienu Depiro li daħlu jistrieħu fuq quddiem 30-29.

Athleta reġgħu ħadu l-vantaġġ fil-bidu tat-tielet taqsima b’punti minn Antoinette Borg inkluż three pointer. Il-punti ta’ Depiro ġew primarjament minn Brincat madankollu Simmons żammet lill-Athleta fuq quddiem. Lejn tmiem is-sessjoni, Depiro kellhom żewġ trippli minn Evans li poġġewhom fuq quddiem 45-43. Depiro kellhom bidu qawwi fl-aħħar sessjoni b break ieħor ta’ 7-2 run bi trippla ta’ Nicole Agius. Athleta kellhom biss basket minn Cassar qabel run oħra ta’ 8-0 minn Depiro li rawhom iżidu l-vantaġġ tagħhom għal 14-il punt 61-47 fis-sitt minuta. Simmons u Cassar wieġbu għall-Athleta iżda Depiro kellhom il-free-throws ta’ Brincat li żammewhom fuq quddiem u rebħu l-logħba 73-58.

Honey Athleta: E. Moore 9, L. Pirotta, S. Vella, L. Cassar 10, L. Sciberras 6, A. Borg 4, D. Said Hollier 2, A. Simmons 23, R. Sciberras, F. Farrugia, S.J. Barbara 4, C. Mifsud.

Pavi Depiro: A. Mifsud 3, G. Mifsud 3, R. Calleja, S. Brincat 33, M. Bonett 5, N. Agius 5, M. Mifsud, M. Balzaraviute, S. Evans 20, P. Montanaro, S. Micallef 4, C. Ciantar.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Luis Abuin.

Hibs 83

Caffè Moak Luxol 64

(18-17)(23-20)(19-13)(23-24)

Hibs Mesdea komplew juru progress fil-logħob tagħhom kif

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

huma kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva din id-darba kontra Caffè Moak Luxol biex taw l-ewwel telfa tal-kampjonat lic-champions. Hibs inkludew għall-ewwel darba lill-aħħar akkwist tagħhom mis-Serbja, Jovana Karakesevic. Luxol, li kellhom Joselle Borg Cardona nieqsa, fetħu l-logħba b’żewġ baskets ta’ Laekitha Alston. Hibs, ispirati minn wirja kbira ta’ Christina Grima, wieġbu b’run ta’10-2 run inkluż trippla tal-istess Grima u punti minn Elena Cassar. Luxol irnexxielhom inaqqsu d-distakk għal punt wieħed wara punti minn Alston u Paula Ellul. Grima għamlet żewġ baskets oħra għal Hibs iżda Luxol kellhom il-punti minn Beverlee Zammit u Alston perè kienu Hibs li temmew l-ewwel sessjoni minn fuq 18-17. Fit-tieni perjodu, Hibs kellhom żewġ trippli minn Ema Micallef u l-ewwel punti ta’ Karakesevic. Steffi De Martino u Sarah Pace bi trippla wieġbu għal Luxol u Alston tathom il-vantaġġ 29-28 fis-sitt minuta. Cassar u Grima kellhom aktar punti għal Hibs imma Alston kompliet twieġeb għal Luxol biex fl-intervall Hibs baqgħu 2 punti minn fuq 41-39.

Luxol fetħu tajjewb fit-tielet sessjoni bil-punti ta’ Pace u trippla ta’ Ellul biex marru fuq quddiem għall-aħħar darba 44-41. Hawn Hibs kellhom mument mill-aqwa bi break ta’ 19-0 li tahom vantaġġ qawwi 60-44. Huma kellhom trippla oħra minn Micallef u diversi punti minn Grima li wkoll kellha trippla. Kien hemm ukoll il-punti minn Silvia Gambino u Cassar. Luxol irnexxielhom jagħmlu sitt punti oħra qabel tmiem il-perjodu iżda Hibs żammew vantaġġ ta’ 10 punti 60-50. Hibs qatt ma taw il-possibbiltà lil Luxol jirkupraw hekk kif reġgħu fetħu qawwi fl-aħħar sessjoni. Huma kellhom run oħra ta’11-0 fl-ewwel ħames minuti tal-perjodu bil-punti minn Cassar fosthom tippla flimkien ma’ aktar punti minn Grima u Karakesevic. Wara punti minn Alston, Cassar kellha three pointer ieħor għal Hibs. Luxol ukoll kellhom trippla minn Pace iżda Hibs kienu fil-kontroll totali tal-logħba biex huma ħarġu rebbieħa 83-64.

Hibs: E. Micallef 11, E. Cassar 16, S. Gambino 8, F. Mifsud, J. Xuereb 4, C. Schiavone, C. Grima 36, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud, J. Karakesevic 8, N. Farrugia, J. Scerri.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 10, B. Zammit 2, M. Caruana 3, I. Baena, S. Tabone, S. De Martino 10, P. Ellul 5, L. Alston 34, C. Sollami, C. Curmi.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

9

8

1

17

543

439

Pavi Depiro

10

6

4

16

653

549

Honey Athleta

10

5

5

15

631

515

Hibs

10

5

5

15

602

567

DHL Phoenix

9

0

9

9

286

645

 

Ritratti: Andrew Large: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ikompli-l-mument-posittiv-ta-hibs-li-jaghtu-l-ewwel-telfa-lic-champions/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.