- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

IKOMPLI L-KAMPJONAT ASMK HONDA MOTOCROSS

Posted By Sportinmalta On January 31, 2018 @ 12:21 pm In Featured,Motorsport | No Comments

Nhar il- Ħadd 4 ta’ Frar ikompli l-kampjont Nazzjonali tal-Muturi ASMK Honda Motocross 2017/2018. Din l-attività se ssir fil-kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija tibda fl-10:00am.

Intant nhar il-Ħadd li għadda ġiet organizzata is-sitt tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018, b’16-il sewwieq jirreġistraw għal din il-kompetizzjoni. Dawn kienu maqsuma fi klassi Modified u dik Standard.

Matul il-ġurnata fuq korsa ‘S-Bend bil-Joker Lap’ rajna lil Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo jirbaħ il-Heats kollha tal-ġurnata. Farrugia minkejja lil kien l-uniku wieħed li ġab il-punti massimi kellu jispiċċa bi tliet punti mnaqqsa wara li fl-ewwel tiġrija tal-ġurnata tajjar il-cones li kienu fil-korsa. B’hekk spiċċa il-ġurnata bl-istess total ta’ punti bħal Gordon Johnson fuq Opel Corsa u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova. Dawn assiguraw posthom fil-finali Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugoet 106 u Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta.

Mat-tluq tal-ewwel finali rajna lil Johnson flimkien ma’ Micallef jagħmlu ħrug tajjeb b’Johnson imur fuq quddiem segwit minn Micallef u Pisani. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq l-aħħar post minn fejn Farrugia beda t-tiġrija. Farrugia sa tmiem l-ewwel dawra kien diġa għamel avvanz wara li Grech daħal fil-Joker Lap iżda sfortunatament Farrugia kellu jirtira wara li inqalatlu rota ta’ quddiem filwaqt li Grech ukoll kellu jirtira minħabba ħsara fil-magna. Il-ħsara kompliet tiddomina f’din il-finali fejn matul il-ħames dawra Johnson zviluppatlu ħsara fir-rota ta’ quddiem bil-konsegwenza li kellu jnaqqas l-veloċità fit-tiġrija. Dan irriżulta li Micallef rebaħ din l-attivtà segwit minn Pisani u Scicluna. Fir-raba post spiċċa Johnson.

Għall-finali klassi B ikkwalifikaw Noel Zammit fuq Fiat Punto, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa, Brandon Lee Sammut fuq Peugoet 205, Keith Borg fuq Vauxhall Nova u Melo Zammit fuq Opel Corsa. Din il-finali kellha tibda b’żewġ sewwieqa inqas wara li Melo Zammit u Noel Zammit irtiraw qabel bdiet din il-finali. Mat-tluq ta’ din il-finali rajna lil Spiteri joħroġ fuq quddiem segwit minn Borg u Vassallo fejn il-Joker Lap kellha ir-rwol importanti f’din il-finali tant li dak li kien fl-aħħar post spiċċa jirbaħ u dak li kien l-ewwel spiċċa fl-aħħar. Borg b’hekk rebaħ din il-finali segwit minn Vassallo u Spiteri.

Għall-finali Klassi Standard Autocross rajna linja ta’ tluq komposta minn Deane Farrugia fuq Citroen AX, Nicovich Chircop fuq Peugoet 106, Kyle Agius fuq Renualt 5, Chris Formosa fuq Ford Fiesta u Jerome Peplow fuq KIA Avella. Mat-tluq ta’ din il-finali rajna lil Farrugia jagħmel ħrug tajjeb tant li mill-ewwel ħa t-tmun tal-finali fejn mill-ewwel beda b’vantaġġ fuq is-segwaċi tiegħu. Farrugia kien segwit minn Agius u Chircop. Ftit qabel tmiem il-finali rajna lil Farrugia u Agius jagħmlu użu mill-Joker Lap fid-dawra finali bil-konsegwenza li Agius tilef pożizzjoni biex Chircop sab l-okkazzjoni javanza. Il-Finali spiċċat b’ Farrugia jirbaħ segwit minn Chircop u Agius. Fir-raba’ u l-ħames post daħlu Formosa u Peplow rispettivament.

Intant iktar kmieni il-Ħadd filgħodu ġiet organizzata it-tielet attività bil-muturi Trials. Għal din il-kompetitzzjoni irreġistaw 12 il-kompetitur maqsuma f’żewġ klassijiet, dawk Advanced u Juniors.

Matul il-ġurnata fil-Klassi Advanced rajna lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas jirbaħ din il-kompetizzjoni segwit minn Rowen Bonello fuq mutur Beta. Fit-tielet post spiċċa Joseph Scicluna fuq Gas Gas filwaqt li fir-raba’ u il-ħames post daħlu Antonio Leonardi fuq Gas Gas u Tony Curmi fuq Beta.

Fil-Klassi Jounior rajna lil Isaac Scicluna fuq Beta jirbaħ din il-kompetition segwit minn Julian Scicluna fuq Beta waqt li fit-tielet u fir-raba’ post spiċċaw Jaden Abela u Dion Micallef. Fil-ħames u s-sitt post daħlu Karl Bartolo u Nathan Abela. Il-kompetituri kollha ikkompetew fuq muturi Beta li jaħdmu bl-elettriku.

Għal aktar informazzjoni idħlu fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni li hu www.asmk.org.mt jew fil-paġna Facebook bl-isem  Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.

Rittrati ta’ Mario Micallef


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ikompli-l-kampjonat-asmk-honda-motocross/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.