Iffirmat memorandum of understanding bejn SVPR u Luqa St Andrews

Monday, March 3, 2014, 18:49

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ffirma memorandum of understanding ma’ Luqa St.
Andrews FC bil-għan li l-klabb ikun jista’ jagħmel użu mill-grawnd ta’ San Vincenz de Paul.

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca fissret dan il-ftehim bħala wieħed li se jnissel solidarjeta’
inter-ġenerazzjonali fi ħdan ir-residenza għaliex ikun hemm kuntatt dirett mal-anzjani.

B’mod partikolari, qalet l-Onorevoli Coleiro Preca, permezz tal-Active Ageing Unit.

Il-grawnd kien infetaħ uffiċjalment f’Dicembru tal-2012.





Leave a comment