Id-Derby tat-Tramuntana jiehduh Mosta

Sunday, September 29, 2013, 10:02

Minn Robert Busuttil

Mosta……..4

Naxxar…….2

L-istennija ghal din il-loghba kienet kbira wisq! Meta wiehed jitkellem fuq derby ma jistax ma jkunx hekk. U wara hafna snin derby bejn zewgt irhula fin-naha tat-Tramuntana ta’ Malta zgur li nizel ghasel mas-segwaci tal-futbol Malti.

Mosta jidher li sabu saqajhom mhux hazin fil-Kampjonat Premier hekk kif temporanjament jinsabu fit-tieni post tal-klassifika flimkien mal- Valletta.

Huma skorjaw zewg gowls kmieni fil-partita u wara li ntlaqtu mir-rimonta Naxxarija, kellhom il-kuragg bizzejjed biex jergghu mmorru minn fuq u eventwalment jirbhu l-partita.

Min-naha l-ohra, unur imur ukoll ghan-Naxxar li kienu kapaci jwettqu reazzjoni li pero ma kinitx bizzejjed sabiex jiehdu xi haga minn din il-partita. Huma kienu qed idabbru t-tielet telfa minn sitt loghbiet ghalkemm jinsabu f’nofs il-klassifika tal-Kampjonat Premier.

Mosta fethu l-iskor fit-28 minuta meta minn korner ta’ Ricardinho, xutt ta’ Duriska gie mblukkat parzjalment minn Azzopardi u mir-ribawnd MANOLITO MICALLEF venven xutt b’sahhtu li faqa’ x-xibka ghal vantagg Mosti.

Lanqas lahqet ghaddiet minuta li l-Blues ma regghux skorjaw! Kien BOJAN KALJEVIC li avvanza wahdu u b’velocita liema bhalha halla lid-difensuri Naxxarin fil-post u b’xutt tajjeb gheleb lil Azzopardi.

Fit-tieni taqsima, Naxxar fethu tajjeb u naqsu l-margni tal-iskor meta minn frikik ta’ Pablo Doffo, daqqa ta’ ras ta’ THIAGO LOPEZ DE SOUZA kienet b’sahhitha bizzejjed biex teghleb lil Omar Borg bejn il-lasti Mostin.

Il-Mostin kienu xi ftit ikkonfonduti b’dak li gralhom tant illi fil-55 minuta regghu kienu Naxxar li skorjaw. L-eks plejer Mosti Zongo xehet tajjeb lejn DARREN FALZON li wara li kkontrolla tajjeb ixxuttja bil-ballun jahbat mal-lasta qabel ma spicca fix-xibka.

Il-loghba bdiet issir aktar movimentata b’azzjonijiet min-naha ghall-ohra tal-grawnd.

Madankollu fit-68 minuta, Mosta regghu sabu l-gowl tal-vantagg. Kien xutt mill-ewwel ta’ RYAN GRECH li gie ndirizzat lejn il-lasti ta’ Azzopardi li ma seta’ jaghmel xejn ghajr li jigbor il-ballun mix-xibka.

Wara li Doffo resaq qrib il-gowl tad-dro ghal Naxxar, fid-90 minuta, it-tim tar-Rotunda ssiggilla r-rebha meta Bojan Kaljevic avvanza mal-linja u tefa’ kross millimetriku lejn RICARDO FARIA SILVA li b’xutt fil-baxx ghamilhom 4-2.

B’din ir-rebha, il-Mostin bil-mod il-mod resqin aktar ‘il fuq fil-klassifika u ghalkemm ghadu kmieni, l-objettiv taghhom li jibbukjaw post fic-Championship  Pool  qed dejjem isir realta. 





Leave a comment