Id-derby tas-Siġġiewi fil-finali

Wednesday, November 2, 2011, 10:17

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Siġġiewi 64

Starlites 37

(22-6)(20-12)(12-8)(10-11)

Siggiewi vs Starlites

Siggiewi vs Starlites

Siġġiewi saru l-ewwel finalisti tas-Saint James Hospital Shield meta kisbu rebħa sabiħa fuq Starlites 64-37. Għalkemm nasal biex ngħid li kien mistenni iktar minn Starlites f’din il-partita, żgur li l-wirja ta’ Siġġiewi kienet l-aħjar waħda tal-istaġun s’issa. Siġġiewi bdew il-logħba b’run ta’ 12-2 bil-punti kollha jaslu minn Petar Vulovic u Lee Grech. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Robert Loporto pero’ trippla ta’ Clayton Agius bdiet break ieħor ta’ 8-0 minn Siġġiewi għal skor ta’ 22-6. Siġġiewi komplew jagħfsu fit-tieni sessjoni b’iktar punti minn Vasovic bl-aħwa Bonnici jiksbu l-punti ta’ Starlites. Agius għamel seba’ punti konsekuttivi fosthom trippla biex fil-mistrieħ Siġġiewi kienu 24 punt minn fuq 42-18.

Wara l-intervall il-partita naqqset xi ftit ir-ritmu bi Starlites isibu ħin għal break qasir ta’ 6-2. Agius wieġeb b’żewġ trippli oħra għas-Siġġiewi li kienu għadhom 28 punt minn fuq fi tmiem it-tieled perjodu. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata u wara punti ta’ Vulovic għal Siġġiewi, Starlites wieġbu bi trippla ta’ Alex Cutajar. Lejn it-tmiem kien hemm punti fuq kull naħa biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 64-37.

Siġġiewi: P. Vulovic 23, JP Antoncic, C. Agius 20, A. Debattista, L. Grech 13, A. Borg 2, N. Falzon 2, E. Vella, A. Shoults, G. Agius, K. Farrugia 4.

Starlites: B. Riolo, R. Loporto 12, R. Bonnici 8, C. Doublet 2, S. Bonnici 5, A. Cutajar, D. Sultana 4, A. Schembri 1, D. Deguara 1, A. Cutajar 4, F. Bartolo 1.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri.

Bell Net SN Suns 94

Athleta 37

(25-8)(18-6)(26-9)(25-14)

Bell Net SN Suns rebħu din is-semifinali b’mod faċli biex issa fil-finali tas-Saint James Hospital Shield se jkollna d-derby tas-Siġġiewi. Kif juri l-iskor, Suns ftit li xejn sabu diffikulta kontra Athleta li niżlu għall-logħba b’seba’ players biss. Suns fetħu qawwi u b’Igor Marjanovic isib ħafna spazju għamlu run ta’ 15-2 fosthom trippla ta’ Robert Camilleri. Athleta waqqfulhom din ir-run b’basket ta’ Andre Azzopardi u freethrow ta’ Zak Borg. Suns wieġbu b’run oħra ta’ 8-2 magħluqa bi trippla ta’ Michael Barberi. Athleta fetħu t-tieni sessjoni b’basket minn Malcolm Tong biex Suns wieġbu bi break ta’ 7-0. Wara żewġ baskets oħra minn Athleta, l-bqija tal-punti ġew kollha minn Suns f’run ta’ 11-0 biex fl-intervall huma kienu 43-14 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Suns komplew jiddominaw u bdew bi break ieħor ta’ 10-0. Minkejja li Athleta wieġbu bil-punti ta’ Borg, huma bdew jagħġġlu fl-attakki tagħhom.  Ta’ dan pattew qares għax Suns għamlu run oħra ta’ 10-0 u temmew it-tielet sessjoni b’vantaġġ ta’ 46 punt 69-23. Fl-aħħar sessjoni spikkaw il-punti kontinwi ta’ Hubert Agius għal Suns li reġgħu għamlu break ta’ 14-4. Athleta ma kellhom l-ebda reazzjoni biex Suns rebħu l-partita 94-37.

 

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 8, R. Camilleri 3, H. Agius 28, M. Barberi 5, T. Grech 6, R. Mercieca 12, R. Camilleri 8, S. Cauchi 2, I. Marjanovic 22.

Athleta: J. Chircop 5, C. Galea 2, C. Graham 7, M. Tong 3, Z. Borg 14, H. Spiteri 2, A. Azzopardi 4.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

FINALI: Siġġiewi vs Bell Med SN Suns – Il-Ħadd 6 ta’ Novembru fl-16.30





Leave a comment