Iċċelebrat it-30 sena tal-BMX f’pajjiżna

Tuesday, July 12, 2016, 23:55

Gavin Muscat

‘Irridu aktar għaż-żgħażagħ tagħna għaliex jixraqilhom li jkollhom lok fejn jkabbru t-talenti tagħhom u joqogħdu bogħod mill-vizzji’.  Dan kien kliem il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX John Zammit waqt ic-cerimonja ta’ kxif ta’ plakka li saret biex ikun inawgurat it-30 sena anniversarju mill-bidu ta’ din l-assoċjazzjoni f’pajjizna.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Ricerka, Innovazzjoni, Zgħazagħ u Sport Chris Agius semma li f’pajjiz zgħir bhal Malta wiehed għandu jara li jingħaqad flimkien sabiex ir-riżorsi jkunu mmassimizzati.  Huwa fahhar il-kollaborazzjoni li qed issir bejn l-istess assoċjazzjoni tal-BMX u Rebel Riders.

Preżenti għac-ċerimonja, li saret fil-BMX track f’Pembroke, minbarra s-Segretarju Parlamentari Chris Agius, il-kelliem tal-Oppozizzjoni għall-isport David Agius u s-Sindku ta’ Pembroke Dean Hili fost l-ohrajn.  Wara l-kxif tal-plakka thawwlet ukoll sigra taz-Zebbug sabiex tkompli tfakkar dan l-anniversarju storiku għall-Assoċjazzjoni maltija tal-BMX.

L-anniversarju kien iċċelebrat b’kompetizzjoni fuq tlett ijiem li tkompli fil-gurnata tal-Hadd bi tlielaq tal-BMX.  Attivita li qed isservi sabiex jingabru fondi għall-istess assoċjazzjoni.





Leave a comment