Ic-champions Siġġiewi jibdew bir-rebħ

Thursday, October 18, 2012, 9:41

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD 2 DIVIŻJONI

 

Mellieħa Tritones 69

Floriana Francesco Fenech 60

(10-8)(16-17)(18-22)(14-11)(11-2)

 

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fetaħ ukoll l-istaġun tat-tieni diviżjoni meta bdiet tintlagħab is-Saint James Hospital Shield. L-ewwel partita kienet bejn Mellieħa u Floriana li kellha tiġi deċiża fil-ħin barrani. Mellieħa ntroduċew lil Carlos Bugeja u rritorna Samuel Aquilina pero’ tilfu lil Graham Coleiro. Floriana kellhom diversi elementi mil-istaġun li għadda flimkien ma’ Daniel Bugeja u Ervin Farrugia. L-ewwel sessjoni fetħet bi three pointer tas-solitu Oliver Sammut għal Mellieħa għalkemm Steve Schembri u Jeremy Curmi wkoll wieġbu bi trippla għal Floriana għal skor ta’ 10-8. Il-punti ta’ Mellieħa komplew jaslu minn Sammut u Aquilina biss anke fit-tieni sessjoni u kienu 21-10 minn fuq fir-raba’ minuta. Floriana wieġbu bi break ta’ 8-0 fosthom trippla ta’ Rihards Polis biex naqqsu d-distakk. Wara 5 punti minn Mellieħa, Floriana temmew il-perjodu b’seba’ punti oħra biex fl-intervall Mellieħa kienu punt minn fuq 26-25.

Floriana ħadu vantaġġ fil-ftuħ tat-tielet sessjoni b’iktar trippli minn Polis u Curmi bir-risposta ta’ Mellieħa tibqa tiġi minn Sammut b’żewġ three pointers u Aquilina. Il-vantaġġ kompla jinbidel u għalkemm Floriana rnexxielhom 5 minn fuq 43-38. Mellieħa naqqsu d-distakk għal 3 punti fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni. Sar-raba’ minuta kien hemm parita 50-50 pero’ Floriana għamlu break ta’ 6-0 biex fis-sitt minuta kienu fuq quddiem. Ir-risposta ta’ Mellieħa tathom il-vantaġġ  fid-9 minuta 58-56 pero’ basket minn Ervin Farrugia ppareġja l-partita 58-58. Is-sessjoni ta’ ħin barrani ġiet dominata minn Mellieħa li bdewha bi break ta’ 6-0. Floriana għamlu biss żewġ freethrows u Mellieħa rebħu l-partita 69-60.

           

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi 9, B. Borg, J. Muscat 2, C. Bugeja 3, O. Sammut 24, M. Borg, M. Camilleri, S. Aquilina 29, P. Cauchi.

Floriana Francesco Fenech: K. Vella, N. Gatt, S. Schembri 3, R. Polis 21, J. Curmi 16, D. Bugeja, E. Farrugia 8, O. Shamala 10, J. Tanti 2

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Miscela D’Oro Mtarfa 37
Starlites 66

(14-14)(8-14)(5-19)(10-19)

 

Starlites issa taħt it-tmexxija ta’ Ray Muscat fetħu l-istaġun tagħhom b’rebħa fuq Miscela D’Oro Mtarfa 66-37. Dawn tal-aħħar ppreżentaw skwadra b’diversi players żgħażagħ taħt it-tmexxija ta’ Joey Vella. Starlites għandhom uċuh ġodda fosthom David Garcia, Bernard Soler u Jean Carl Khalil flimkien ma nukleu żagħżugħ li ħa sehem f’dawn il-kampjonat fl-aħħar snin. Starlites fetħu vantaġġ kmieni ta’ 10-1 wara 4 minuti b’punti minn Robert Bonnici u Francois Bartolo. Wara time-out, Mtarfa tjiebu biex sat-tmiem il-perjodu rnexxielhom jippareġjaw 14-14. Huma ħadu l-vantaġġ għal tlett darbiet fit-tieni sessjoni bl-aħħar darba tkun fis-seba’ minuta 22-21. Hawn Starlites għamlu break ta’ 7-0 biex daħlu jistrieħu 28-22 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Starlites kienu fil-kontroll i wara żewġ punti fuq kull naħa, huma għamlu break ta’ 11-0 biex fis-sitt minuta kienu 41-24 fuq quddiem. Wara basket ta’ Josef Attard għall-Imtarfa, Starlites għalqu l-perjodu bi break ieħor ta’ 6-1 għal skor ta’ 47-27. B’vantaġġ komdu ta’ 20 punt, Starlites setgħu jikkontrollaw fir-raba’ sessjoni għalkemm il-punti ġew bil-mod fl-ewwel minuti. Hawn Starlites għamlu żewġ breaks oħra ta’ 7-2 u 8-2 biex rebħu l-partita 66-37.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 3, D. Debono 3, J. Attard 3, C. Calleja, JP Borg 7, N. Grech 9, A. Psaila 2, D. Cini, D. Schembri 6, M. Sammut 4.

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 6, R. Bonnici 11, J.C. Khalil, S. Bonnici 5. D. Garcia 17, C. Doublet, K. Galea, C. Borg 2, B. Soler 12, A. Cutajar 2, F. Bartolo 12.

Referees: Alfred Carbonaro, Gordon Barbara.

 

Siġġiewi 56
Phoenix Qormi Żmerċ Pub 47

(14-6)(9-13)(17-8)(15-21)

 

Fl-aħħar partita, c-champions Siġġiewi għelbu lil Phoenix Qormi Żmerċ Pub 56-47. Iż-żewġ timijiet għandhom xi tibdil mil-istaġun li għadda. Siġġiewi tilfu lil Lee Grech u Clayton Agius li ingħaqdu mal-ewwel team pero’ għandhom lil Graham Coleiro u Clement Kodomaris u ż-żgħażagħ Samuel Mamo u Luke Grima. Phoenix ukoll għandhom uċuh ġodda fosthom Antoine Costa ex-Luxul u Trevor Grech ex-Suns. Il-partita damet ma rrankat tant li wara nofs sessjoni, Siġġiewi kienu punt minn fuq 5-4. Huma għamlu run ta’ 8-0 bi trippla ta’ Anthony Shoults biex temmew il-perjodu fuq quddiem 14-6. Fit-tieni sessjoni Phoenix bdew jirkuprawu b’run ta’ 9-3 fosthom trippla ta’ Costa naqqsu d-distakk għal basket 15-17. Petar Vulovic u Coleiro għamlu sitt punti għal Siġġiewi biex daħlu jistrieħu 23-19 minn fuq.

Siġġiewi reġgħu jkabbru l-vantaġġ fit-tielet sessjoni wara break ta’ 10-0 għalkemm fallew diversi freethrows. Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Kenneth Genovese pero’ Shoults għamel trippla oħra għal skor ta’ 40-27. Phoenix reġgħu naqqsu d-distakk hekk kif bdiet l-aħħar sessjoni qabel ma Mamo għamel trippla li bdiet run oħra ta’ 9-0 għas-Siġġiewin. L-aħħar sforz ta’ Phoenix reġa’ wassalhom sa’ 6 punti ‘l bogħod pero’ Vulovic għamel l-aħħar punti ta’ Siġġiewi għal skor finali ta’ 56-47.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 9, G. Agius, S, Mamo 5, M. Shoults 3, JP Antoncic 1, A. Borg, A. Duncan 6, A. Debattista, L. Grima 2, A. Shoults 8, G. Coleiro 11, C. Kodomaris 11.

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli, G. Micallef 8, J. Vassallo 4, K. Azzopardi 3, D. Debattista 3, R. Curmi, T. Grech 2, K. Genovese 4, J. Gambin 6, A. Costa 17, K. Vella.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri

 

 





3 Comments

  1. karl borg says:

    Thanks talli ghdituli li mbilli qomt jien ma gara xejn, by the way ir regoli jhaliluni nqum u nkellem lil players taghna nbasta nkellimhom u nergha mpoggi….u please Nitbismu naqa ……forsi veru david mdorri imma tqabilniex mal Mps lili please

    [Reply]

  2. Joseph says:

    Agreat cheers to luxol for introducing a lot of teens in their squad…..Can any one tell me who is siggiewi coach, Cause Karl borg at teams seems he is getting full control of the team… is he assistant coach or coach ….and if he is an assistant coach why he can stand up from the bench and talk to Siggiewi Players

    [Reply]

    Nitbismu Naqa Reply:

    Joseph …. Ifhimni billi qam naqa karl ma fija xejn hazin… u wara kollox David imdorri bin nies ta madwaru jqumu jiribelaw :) :)

    [Reply]

Leave a comment