Ic-Champions rebbieħa wara rimonta stupenda

Sunday, February 17, 2013, 23:50

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT IRĠIEL

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 80

Floriana Francesco Fenech 67

(14-17)(17-24)(24-18)(25-8)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta rebħu l-kompetizzjoni tal-Bank of Valletta Knock Out għad-disa’ darba fl-istorja tagħhom wara li għelbu lil Floriana Francesco Fenech 80-67.Il-partita ntlagħbet quddiem attendenza stupena li bla dubju kienet l-aqwa waħda tal-istaġun u waħda mill-akbar f’dawn l-aħħar staġuni b’ħafna partitarji Furjaniżi joħolqu atmosfera sabiħa f’Ta’ Qali. Il-moral ta’ Floriana kien għoli wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħadu l-ewwel post tal-klassifika propju mingħand Athleta pero’ din id-darba c-champions kienu aktar attenti speċjalment fid-difiża u għalqu lil Dirk Schembri li tant għamel ħsara fil-partita tal-kampjonat. Athleta inkludew fl-iskwadra tagħhom lil Matthew Zammit li kellhu sehem importanti wkoll f’din ir-rebħa. Floriana bdew bl-ewwel basket tal-partita permezz ta’ Schembri pero’ Athleta wieġbu b’run ta’ 7-0 b’baskets minn Kristin Baldacchino, David Bugeja u trippla ta’ Steve Schembri. Hawn bdew ġejjin il-punti tal-Amerikan Matt Glass għal Floriana biex fis-sitt minuta huma marru fuq quddiem 10-9. Wara basket ta’ Schembri u trippla ta’ Omar Said għal Athleta, Floriana kisbu l-aħħar 5 punti tas-sessjoni b’żewġ baskets konsekuttivi ta’ Bevan Scott Camilleri għal skor ta’ 17-14. Fit-tieni sessjoni  Athleta bdew bil-punti ta’ Shawn Pace u Marco Todorovic pero’ trippla ta’ David Camilleri ħallew lil Floriana fuq quddiem 22-18. Athleta ppareġjaw permezz ta’ Todorovic  pero’ punti minn Glass u Chris Sammut għal darb’oħra taw il-vantaġġ lil Floriana 30-25. Wara li Said falla tlett freethrows, Floriana komplew iżidu l-vantaġġ bi trippla ta’ Ian Mercieca u minkejja l-punti ta’ Todorovic u Baldacchino, Floriana daħlu jistrieħu 10 minn fuq wara trippla oħra ta’ Camilleri 41-31.

Wara l-intervall, Floriana komplew bi break ieħor ta’ 9-4 bil-punti ta’ Glass u Sammut biex fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 50-35. Hawn pero c-champions bdew ir-rimonta tagħhom u bi trippla ta’ Baldacchino bdew run ta’ 9-2 li rathom inaqqsu d-distakk għal 8 punti 44-52. Glass waqqfilhom din ir-run b’żewġ freethrows pero’ Athleta komplew bil-mument posittiv tagħhom u punti ta’ Zammit u trippla oħra ta’ Baldacchino rathom jersqu iktar viċin. Fl-aħħar minuta Athleta waslu sa’ basket ‘l bogħod 55-57 wara trippla ta’ Schembri bis-sessjoni tintemm 59-55 favur Floriana wara żewġ freethrows ta’ Sammut. L-istorja nbidlet kompletament fl-aħħar sessjoni. Athleta bdew b’run stupenda ta’ 16-0 b’diversi punti ta’ Todorovic, David Bugeja u trippla ta’ Said. Il-coach Furjaniż għajjat żewġ time-outs pero’ Floriana ma sabux mezz biex iżommhu lic-champions li fis-sitt minuta kienu 71-59 minn fuq. Glass kiseb basket fis-seba’ minuta pero’ Athleta komplew b’sitt punti oħra fiż-żewġ minuti ta’ wara għal skor ta 77-61. Il-partita issa kienet deċiża bl-aħħar punti ta’ Floriana jaslu minn G lass u trippla ta’ Schembri b’Said jagħlaq il-partita għal skor finali ta’ 80-67. L-istess Omar Said, captain ta’ Athleta irċieva t-trofew tal-BOV Knock Out mingħand is-Sur Peter Perotti Chief Officer tal-Bank of Valletta biex Athleta ċċelebraw ir-rebħ tat-tielet unur tagħhom tal-istaġun.

           

A to Z Electronics Athleta: S. Hagul, D. Bugeja 12, M. Todorovic 28, M. Giusti, O. Said 9, S. Pace 2, W. Spiteri, K. Baldacchino 10, M. Zammit 7, S. Schembri 12

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino, B. Scott Camilleri 4, D. Camilleri 6, M. Glass 32, C. Sammut 13, I. Mercieca 3, C. Calleja, D. Schembri 9, S. Saakian.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Lynn Shakespeare (IRL).





6 Comments

  1. Edmund Farrugia says:

    It is easy to criticize after any game. Over the past two seasons, Floriana have been building up a formidable team and with their investment, it is obvious that the club and the players are under a lot of pressure to succeed. Keep in mind this season that Floriana beat Athleta twice in the league and so they caame into the game with a 50% chance of winning their first major trophy, but unluckily for them they found Athleta in a very fine form. Athleta should be congratulated as winning 3 cups this year without Michael Naudi and Addison Bonnici is a great achievement.

    [Reply]

  2. Basketballist says:

    Waqt il run 16-0 ta Athleta, il kowc Florianiz mghajjatx timeout!! KowcTasSena.com

    [Reply]

    mario Reply:

    Uzom it-tnejn biex iwaqqaf ir-rimonta waqt is-16-0 run. Ma tantx jidher li tifhem fil-loghba.

    [Reply]

  3. karmnu says:

    Joe Galea l-aqwa coach li haw malta bla dubju!!!

    [Reply]

    1234 Reply:

    Ma taf xejn fuq coaching, u fuq basketball, it-tim li ghandhom athleta suppost jirbhu kull loghba facli. Ghandhom l-ahjar post u biex jikumplamintah, ghandhom l-ahjar giex shooters li ghandna f’malta. allavolja floriana ghandhom team tajjeb, u l-team li ghazilt jiena biex jirbhu l-kampjonat, sliema ma misshomx jitilfu maghhom.

    [Reply]

  4. Oppinjonista Malti says:

    Proset ghal kulhad ghax kienet loghoba tajba!

    U proset ghal Athleta tar-rebha.

    Il-mistoqsijja hija: xgaralhom il-Floriana fl-ahhar 10 minuti? 

    [Reply]

Leave a comment