Ic-champions Luxol it-tieni finalisti

Thursday, April 18, 2013, 17:08

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA PLAYOFFS

minn Colin Schembri

Luxol 70

Hibs 57

(23-12)(21-13)(8-17)(18-15) 

Ic-champions Luxol se jkunu qiegħdin jiddefendu t-titlu li rebħu għal dawn l-aħħar sentejn wara li għelbu lil Hibs fit-tielet partita 70-57. Huma issa ser jiltaqgħu kontra Pavi Depiro però jista’ jkun li jkollhom jibdew din id-difiża mingħajr l-Amerikana Mollie Williams li weġġgħat fit-tieni sessjoni. Għal din il-partita Luxol kienu f’idejn John Tabone hekk kif Christoph Stolp kien sospiż. Luxol fetħu l-partita b’basket minn Sarah Pace bil-Hibs iwieġbu bi trippla minn Antoinette Borg. Ir-risposta tal-Luxol ġiet b’run ta’ 9-2 bi trippla minn Greta Zarb. Hawn Hibs kellhom basket minn Maria Desira però Luxol komplew jagħfsu u għaqqdu run oħra ta’ 9-2 b’punti minn Williams u t-tieni trippla ta’ Zarb. Sa’ tmiem is-sessjoni Luxol kienu 13 –il punt minn fuq 23-12. Fit-tieni sessjoni Luxol komplew iżidu d-distakk hekk kif bdew jaslu diversi punti minn Becky Naudi. Fil-ħames minuta Luxol kellhom vaantaġġ ta’ 19 –il punt 34-16 però hawn tilfu lil Williams. Hibs bdew inaqqsu d-distakk u f’żewġ minuti għaqqdu break ta’ 7-0 b’punti minn Khadi Soune Sagna. Luxol wieġbu bi 8 punti mingħajr risposta fosthom żewġ trippli ta’ Naudi u fl-intervall kienu għadhom b’vantaġġ komdu 44-25.

Fit-tielet sessjoni Hibs ħarġu aħjar mill-avversarji u fl-ewwel sitt minuti kellhom run ta’ 11-3 fejn għalijhom kien hemm il-punti ta’ Elena Cassar fil-waqt li Pace kellha trippla għal Luxol. Hibs komplew inaqqru l-vantaġġ bil-punti ta’ Sagna u Lucienne Bezzina però Zarb għamlet trippla mportanti li tat vantaġġ ta’ 10 punti lic-champions għall-aħħar taqsima 52-42. Fil-bidu tar-raba’ perjodu Hibs reġgħu naqqsu d-distakk u fis-sitt minuta kien hemm sitt punti jifirdu liż-żewġ timijiet 56-50. Hawn Pace kellha trippla oħra flimkien ma’ punti minn Paula Ellul, Naudi u Zarb fi break qasir iżda mportanti ta’ 6-0. Bezzina kellha trippla għal Hibs però ma kienx għad fadal ħin biex Luxol rebħu l-partita 70-57.

Luxol: S. Pace 15, M. Sciortino, C. Medina, B. Naudi 17, J. B. Gaerty, G. Zarb 23, P. Ellul 6, M. Williams 9, D. Muscat, M. Darmanin, K. Portelli.

Hibs: J. Scerri, E. Cassar 8, R. Scerri, L. Bezzina 5, F. Mifsud, M. Desira 11, L. Micallef, A. Borg 3, N. Mifsud, E. Micallef, J. Borg Cardona 7, K. Soune Sagna 23.

Referees:  Gordon Barbara, Bernard Vassallo, Clive Terribile.





Leave a comment