Ic-Champions League mil-lenti tal-Maltin – minn Josef Galdes

Thursday, February 25, 2010, 11:56

Bla dubju kull min iħobb il-football ma jistax ma jsegwix l-iktar kompetizzjoni prestiġjuza fl-Ewropa, il-famuża Uefa Champions League. Nafu wkoll li l-Maltin l-iktar li jsegwu huwa l-football Taljan u dak Ingliż, iżda ma rridx ninsa lil dawk li jżommu mal-Ġermanizi b’mod specjali ma` Bayern Munich. Il-polza jew ix-xorti riedet li Bayern jitilgħu biex jilagħbu kontra tim Taljan: it-tim ta` Fiorentina. Kif nafu l-ewwel leg intemm 2-1 għall-Ġermanizi bil-kontroversja wkoll. It-tim l-ieħor mill-Ingilterra huwa t-tim aħmar ta`Londra – Arsenal, fejn barra minn darhom huma tilfu 2-1 kontra Porto ġewwa l- Portugal. 

Michael Zammit partitarju fanatiku ta' Manchester Utd mat-Tazza tac-Champions fl-2009

Michael Zammit partitarju fanatiku ta' Manchester Utd mat-Tazza tac-Champions fl-2009

Iżda l-iktar żewġ partiti li jispikkaw u li jolqtu lill-partitarji Maltin bla dubju huma ż-żewg dwelli bejn il-klabbs Taljani jew aħjar tal-belt ta` Milan kontra ż-żewg klabbs Inglizi. Naf li tafu min huma. Milan kontra Manchester United u Inter kontra Chelsea. Fl-ewwel leg ir-red devils tal-Ingilterra għelbu lil Milan 3-2 barra minn darhom, fejn din il-partita niżlet isimha fl-istorja trijonfali tal-United għax mhux biss kienet l-ewwel rebħa kontra Milan away iżda saru l-ewwel goals għal United u anki l-ewwel dopjetta ta` Rooney. Minkejja dan kollu il-maġġoranza tal-partitarji Maltin Milanisti għadhom fiduċjuzi li Milan  jikkwalifikaw u qed ngħid dan mhux għax jien mal-Milan iżda dawk li tkellimt magħhom hekk jidhru, u jafu wkoll li Milan dejjem qamu għall-okkazzjoni u dak li deher diffiċli jew impossibli sar. Min-naħa l-oħra il-partitarji tal-United ukoll huma fiduċjuzi u bir-raġun għax ir-riżultat huwa kollu favur l-Ingliżi, u tinsewx li l-United se jilagħbu fit-teatru tal- ħolm jiġifieri f`Old Trafford. Tgħid se tibqa’ biss ħolma li Milan jikkwalifikaw?? Tgħid il-United se jirnexxilhom li l-ħolma tagħhom li jeliminaw lil Milan għall- ewwel darba fl-istorja issir realta?? Li hu zgur li xi hadd minnhom se jkun fil- glorja u l-ieħor se ikun għadu joħlom. Nawguraw li tkun partita sabiħa.

Il-prezentatur ta' Focus Champions fuq Melita Sports bit-Tazza tac-Champions League

Il-prezentatur ta' Focus Champions fuq Melita Sports bit-Tazza tac-Champions League

Il- konfront l-ieħor huwa dak bejn Chelsea u Inter. Dan il-konfront ilaqqa’ żewġ timijiet li qatt ma rebħu c-Champions League taħt dan il-format. Se jkun qed jara wkoll lil Mourinho kontra l-ex team tiegħu, waqt li Ancelotti se jirritorna fil- ground fejn għalih se jġib ħafna memorji sbieħ fejn hu rebaħ ħafna kontra l- kuġini ta` Inter. Il-partitarji Maltin li jżommu ma’ Inter jidhru li huma ottimisti ħafna anki jekk il-goalkeeper Julio Cesar huwa dubjuż. Naf ukoll li se jkun hemm xi wħud minnhom li llejla se jkunu San Siro jew aħjar kif jafuh huma il-Meazza. Il-Maltin hekk imsejħa Ingliżi huma wkoll ottimisti u jaħsbu li se jerbħu iċ-Champions League dan l-istaġun.

X`kumbinazzjoni! Id-destin, jew il-polza riedu li jlaqqgħu lil Milan kontra l- Manchester United, il-ħomor kontra l-ħomor żewg timijiet li jinsabu jsegwu l- kampjonati rispettivi tagħhom ftit il-bogħod mill-ewwel post.

Waqt li min-naħa l-oħra riedu lil Inter u lil Chelsea kontra xulxin, blu kontra blu., il-leaders taż-żewġ kampjonati domestiċi tagħhom. Memorji għaż-żewġ coaches. Għal Inter team ieħor Ingliż, waqt li għal Chelsea team Taljan, iżda b`mentalita Taljana.

Intemm dan l-artiklu billi nawgura li l-clubs li tissimpatizzaw magħhom jagħtukom sodisfazzjon. U kif jgħid il- Malti min hu l-aqwa jħawwel.





Leave a comment