Ic-champions jagħlqu l-ewwel round b’rebħa u jiftaħ it-tieni round

Monday, February 4, 2019, 16:56

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians 86

Floriana MCP Car Parks 80

(20-21)(28-14)(15-21)(23-24)

F’partita li kienet posposta mill-bidu ta’ Jannar, ic-champions Hibernians għelbu lil Floriana MCP Car Parks 86-80 biex ħadu l-ħames rebħa tal-kampjonat. Hibs kienu għal ħin twil fuq quddiem però Floriana baqgħu jiġru wara r-riżultat sat-tmiem u setgħu salvaw il-partita fl-aħħar sekondi però t-tentattiv ta’ David Bugeja ma daħalx. Kienu Floriana li ħadu l-ewwel vantaġġ wara żewġ baskets ta’ Ian Thiesen u trippla ta’ Kevin Liivamangi. Hibs dawwru r-riżultat wara punti minn Anton Axiaq u Chad Patus iżda Floriana reġgħu marru fuq quddiem bil-baskets minn Bugeja, Kurt Xuereb u Gael Hulson. Trippla ta’ Roderick Vella għalqet l-ewwel taqsima bi Floriana punt minn fuq 21-20. Fit-tieni sessjoni Hibs kellhom l-aħjar bidu u kellhom run ta’ 13-3 b’żewġ three pointers ta’ Patus u ieħor minn Luke Farrugia. Floriana sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti u Hibs approfittaw meta Ivan Demcesen beda jiddomina taħt il-boards u għamlu run oħra ta’ 13-2. Floriana finalment wieġbu bi trippla u baskets minn Bugeja u Thiesen biex fl-intervall Hibs kienu 48-35 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Floriana komplew inaqqsu d-distakk hekk kif bdew b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ David Camilleri. Hibs wieġbu permezz ta’ Luca Tardito li wkoll għamel three pointer però Floriana komplew ġejjin lura u waslu sa’ punt ‘l bogħod 54-55. Ic-champions ħadu ftit tan-nifs wara 8 punti konsekuttivi minn Patus u Demcesen biex temmew it-taqsima 63-56 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, Floriana bdew bi trippla ta’ Kieron Caruana iżda Hibs irnexxielhom jerġgħu jiftħu vantaġġ t’10 punti 73-63 wara baskets minn Tardito u Alvaro Lizaur. Ir-risposta ta’ Floriana waslet mill-ġdid primarjament minn Bugeja flimkien ma’ Hulson u għal darbtejn waslu sa’ punt ‘l bogħod hekk kif Hibs bdew ifallu l-free-throws. Però l-aħħar attakk tagħhom ma daħalx u Tardito u Demcesen għamlu l-aħħar punti biex Hibs ħadu r-rebħa 86-80.

Hibs: R. Vella 5, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 5, M. Formosa, I. Bonett, L. Tardito 16, A. Axiaq 8, M. Matijevic, A. Lizaur 4, I. Demcesen 29, C. Cuschieri Patus 19.

 

Floriana MCP Car Parks: S. Pace, D. Bugeja 26, D. Camilleri 3, S. Borg, K. Caruana 8, K. Liivamangi 5, I. Arias, I. Thiesen 25, K. Xuereb 4, G. Hulsen 9, D. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Daniella Torok

Balkan Fusion 67

Bupa Luxol 128

(14-35)(24-30)(15-34)(14-29)

Bupa Luxol irritornaw għar-rebħ meta kif mistenni għelbu lil Balkan Fusion 128-67 f’partita fejn spikkaw in-numru kbir ta’ three pointers, 27 b’kollox. Fil-klassifika Luxol issa għandhom 3 rebħiet u 4 telfiet fil-waqt lil l-Balkani għadhom mingħajr rebħ. Luxol fetħu tajjeb mill-bidu fejn bit-three pointers ta’ Jean Paul Schembri u Keith Dimech marru 22-6 minn fuq. Balkan wieġbu b’żewġ trippli ta’ Nikola Bozovic qabel ma Luxol żiedu l-vantaġġ permezz tal-Amerikan Jerell Martin u Vukassin Jandric għal skor ta’ 35-14. Fit-tieni perjodu, Luxol komplew bit-three pointers fejn issa kien Martin li kiseb tnejn oħra flimkien mal-punti ta’ CJ Cordina u Stefan Cappello. Balkan kellhom risposta permezz ta’ Nemanja Despotovic li f’din it-taqsima għamel 3 three pointers iżda sal-intervall, Luxol kienu diġa fetħu vantaġġ ta’ 27 punt 65-38.

Wara l-intervall kien hemm William Ahlberg għal Luxol li spikka b’erba’ three pointers hekk kif id-difiża tal-Balkani kienet żona u s-shooters tal-Luxol approfittaw. Wara li d-distakk kiber għal 30 punt, Luxol għalqu t-taqsima bil-kbir hekk kif għamlu run ta’ 18-2 għal skor ta’ 99-53. Luxol għaqqdu l-mitt punt mal-ftuħ tal-aħħar sessjoni b’basket ta’ Schembri u komplew b’run ta’ 21-4 fosthom basket taż-żagħżugħ Liam Caruana Montaldo u l-punti ta’ Jandric u Ahlberg biex finalment ħarġu rebbieħa 128-67.

Balkan Fusion: N. Radicevic, N. Despotovic 19, N. Bozovic 26, T. Grech 5, P. Walk 8, A. Schembri 2, M. Gauchi Montaldo 4, S. Todorovic, N. Komienic 3, N. Kovacevic.

 

Bupa Luxol: CJ Cordina 12, V. Jandric 23, P, Englebert, J. Martin 33, L. Caruana Montaldo 2, JP Schembri 11, K. Dimech 17, W. Ahlberg 18, F. Sekulic 10,  S. Cappello 2.

Referees: Bernard Vassallo, Malek Hraisha, Daniella Torok

Depiro 99

 

Starlites GIG 108

(32-21)(18-31)(28-26)(21-30)

Depiro u Starlites GIG reġgħu offrew partita mill-isbaħ li fiha saru 207 punti

Ritratt: Wally Galea

fejn Starlites ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 108-99, skor identiku għall-partita li kienu lagħbu fis-shield. Adam Chomo reġa’ kien nieqes għal Depiro, mill-bqija ż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Starlites fetħu tajjeb meta kellhom lill-Amerikan William Darley f’burdata tajba u bit-three pointers tiegħhu poġġijhom 15-8 minn fuq. Hawn waslet risposta tajba minn Depiro li mmexxija mit-tlett Amerikani tagħhom Trent Steen, Keshaun Hamilton u Jack Nygaard għamlu run ta’ 22-4 li rathom itemmu l-ewwel sessjoni 32-21 minn fuq. Starlites bdew aħjar fit-tieni sessjoni u għamlu 8 punti mingħajr risposta. Wara li Steen u Hamilton wieġbu għal Depiro, Starlites kellhom il-punti ta’ Jordan Stotts u trippla ta’ Nick Formosa u basket ta’ Alec Felice Pace għamel l-iskor indaqs 40-40. Depiro reġħu marru fuq quddiem bi trippla ta’ Nygaard u basket ta’ Omar Said iżda Starlites għamlu run ta’ 10-0 li rathom jidħlu jistrieħu fuq quddiem 52-50.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Starlites komplew b’run oħra ta’ 10-2 b’żewġ trippli ta’ Darley flimkien mal-baskets ta’ Stotts. Ir-risposta ta’ Depiro ma damitx ma waslet u Steen reġa’ poġġijhom fuq quddiem iżda Starlites wieġbu bi trippla ta’ Felice Pace u oħra ta’ Andrew Sears eżatt mal-horn li rathom jagħmlu l-iskor indaqs 78-78. L-aħħar taqsima fetħet bi trippla ta’ Said għal Depiro però Starlites ukoll wieġbu bit-three pointers tagħhom minn Felice Pace u Cameron Ward. It-tieni trippla ta’ Said poġġiet għal darb’oħra lil Depiro fuq quddiem 90-88 iżda hawn Starlites għamlu run deċisiva ta’ 9-0 minn Sears, Stotts u Formosa biex fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti. Depiro ppruvaw jirkupraw u waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod però Ward kien preċiż minn fuq il-free-throw line għal Starlites li b’hekk rebħu l-partita 108-99.

Depiro: T. Steen 35, K. Hamilton 27, J. Attard, D. Farrugia, A. Aquilina, N. Grech, O. Said 13, M. Mallia, M. Borg, J. Nygaard 24, A. Attard.

 

Starlites Gig: A. Felice Pace 14, N. Formosa 8, R. Bonnici 2, I. Felice Pace, C. Ward 21, M. Falzon, M. Scerri, R. Carabott, W. Darley 26, A. Sears 13, J. Scotts 24.

Referees: Kamil Dworniczak, Tuomas Mantere, Ivica Simic.

Gżira Athleta 99

 

Floriana MCP Car Parks 108

(16-23)(23-12)(18-13)(23-8)

Floriana MCP Car Parks sofrew it-tieni telfa fi spazju ta’ ftit ġranet hekk kif Gżira Athleta rebħu dan il-konfront 80-66 biex b’hekk pattew ukoll għat-telfa tal-ewwel round kontra l-istess avversarji u qabżuhom fil-klassifika bid-differenza ta’ baskets. Partita tajba għall-Amerikan Julio Guity li mexxa lit-team tiegħu flimkien ma’ u offra wkoll dunks spettakolari. Floriana wara l-partita tal-Ħamis kontra l-Hibs ma rnexxielhomx jagħmlu l-istess rimonta. Żgur li l-konfronti diretti fit-tieni round se jkunu deċisivi għal min se jagħmel il-play-offs hekk kif s’issa huma Starlites u Hibs li għandhom ftit tal-vantaġġ fuq it-teamijiet l-oħrajn. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn wara li Athleta marru fuq quddiem 8-4, Floriana kellhom risposta permezz ta’ Kurt Xuereb u Ian Thiesen biex ħadu l-vantaġġ. Żewġ three pointers ta’ Natan Xuereb ressqu lil Athleta viċin però Floriana għalqu s-sessjoni bi break qasir ta’ 8-0 fosthom trippla ta’ Shawn Pace għal skor ta’ 23-16. Fit-tieni taqsima, Kevin Liivamangi kiseb basket ieħor għal Floriana però hawn Athleta bdew jirkupraw u kellhom l-ewwel run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Nikola Vasovic biex waslu sa’ basket minn taħt. Floriana kellhom żewġ baskets ta’ Thiesen u David Bugeja iżda run ta’ 11-0 bi three pointers ta’ Peter Shoults u Pace raw lil Athleta jdawwru r-riżultat u jidħlu jistrieħu fuq quddiem 39-35.

Wara l-intervall reġgħu kienu Floriana li bdew tajjeb u punti ta’ Kurt Xuereb u Thiesen tawhom il-vantaġġ mill-ġdid 46-43. Ir-risposta tal-Athleta ma damitx ma waslet hekk kif huma għamlu run ta’ 14-2 bi trippla ta’ Matthew Gouder għal skor ta’ 57-48. Fl-aħħar taqsima Athleta komplew iżidu l-vantaġġ b’aktar three pointers minn Pace, Gouder u Xuereb flimkien mal-baskets ta’ Guity. Floriana ma setgħux jerġgħu jirkupraw minkejja break qasir ta’ 8-2 li wassalhom sa’ 10 punti ‘l bogħod hekk kif Athleta għamlu l-aħħar punti tal-partita minn Vasovic u Connell Crossland għal skor finali ta’ 80-66. Il-kampjonat issa jagħmel spazju għat-tazza Louis Borg fejn nħar Il-Ġimgħa u l-Ħadd issir il-finali bejn l-istess Athleta u Starlites.

Gżira Athleta: N. Vasovic 11, C. Crossland 7, P. Shoults 8, L. Stefanovic, A. Perunicic, N. Xuereb 9, M. Gouder 10, V. Pace 17, I. Mitrovic, J. Guity 18.

 

Floriana MCP Car Parks: S. Pace 3, D. Bugeja 13, D. Camilleri, S. Borg, K. Caruana, K. Liivamangi 6, I. Arias, I. Thiesen 25, K. Xuereb 7, G. Hulsen 12, D. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Ivica Simic, Malek Hraisha

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites GIG

7

6

1

13

670

561

Hibernians

6

5

1

11

535

428

Gżira Athleta

7

4

3

11

577

532

Floriana MCP Car Parks

7

4

3

11

576

565

Bupa Luxol

7

3

4

10

618

563

Depiro

7

2

5

9

616

643

Balkan Fusion

7

0

7

7

443

743

 





Leave a comment