- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ic-Champions ikomplu jirkupraw

Posted By sportinmalta1 On February 5, 2018 @ 4:47 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 46

Caffè Moak Luxol 62

(6-19)(13-15)(12-18)(15-10)

Ic-champions Caffè Moak Luxol komplew jirkupraw postijiet fil-klassifika u jiġbru l-punti meta kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u taw l-ewwel telfa lil Starlites GIG 62-46. L-akkwist ta’ Christina Grima u d-dħul tal-Amerikana Maria Brown irrivoluzzjonaw lit-team tal-Luxol li ma ħadux telfa oħra minn wara l-firma tagħhom. Starlites kellhom l-inklużjoni ta’ Lyndsey Pirotta għall-ewwel darba dan l-istaġun però Patricia Arguello deheret li ma kienitx f’sikkitha hekk kif għal ħin twil baqgħet fuq il-bank forsi bi prekawzzjoni għall-finali tat-tazza Louis Borg fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Wara li Starlites għamlu l-ewwel żewġ punti tal-partita minn Kristy Galea, Luxol wieġbu bi break qawwi ta’16-0 li bdewh bi trippla ta’ Brown flimkien ma’ Grima u Sarah Pace. Starlites waqqfuhom b’punti minn Arguello u Hayley Acreman però Luxol għamlu l-aħħar punti tat-taqsima minn Christina Curmi u Pace għal skor ta’ 19-6. Fit-tieni sessjoni Starlites fetħu bi trippla ta’ Stephanie Davies u punti minn Marilou Cutajar. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet b’run ta’ 8-0 b’żewġ trippli ta’ Pace u Grima. Starlites kellhom aktar punti minn Arguello u Galea però Luxol daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu 34-19.

It-tielet taqsima fetħet b’baskets fuq kull naħa b’Davies tagħmel it-tieni three pointer tagħha għal Starlites. Hawn Luxol reġgħu għamlu 8 punti mingħajr risposta biex il-vantaġġ kiber għal 21 punt 52-31. Fl-aħħar sessjoni, Luxol baqgħu jikkontrollaw minkejja li l-coach Christoph Stolp utiliżża diversi players żgħażagħ. Huma kabbru l-vantaġġ wara trippla ta’ Ina Baena Medina u punti minn Pace u Martina Darmanin. Hawn Starlites irkupraw xi ftit b’run ta’ 10-2 bil-punti minn Adriana Lupo, Anthea Micallef u Davies però din serviet biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif Luxol ħarġu rebbieħa 62-46.

Starlites GIG: M. Zammit Cordina 2, K. Galea 8, J. Doughty 2, S. Farrugia, H. Acreman 3, L. Pirotta 1, A. Micallef 2, P. Arguello 10, M. Cutajar 4, S. Davies 8, A. Lupo 6.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, N. Vella, I. Baena Medina 3, N. Vella 2, C. Grima 11, K. Portelli 2, L. Caruana Montaldo, M. Brown 24, C. Solllami 5, M. Darmanin 2, C. Curmi 2.

Referees: Bernard Vassallo, Ivica Simic, Kamil Dworniczak.

Gżira Athleta 60

Depiro 41

(12-9)(15-13)(23-2)(10-17)

Gżira Athleta rritornaw għar-rebħ wara li għelbu

Ritratt: Wally Galea

lil Depiro 60-41 biex kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat u pattew għat-telfa li sofrew kontra l-istess avversarji fl-ewwel round. Depiro kellhom nieqsa lil Claudia Camilleri però rritornat l-Amerikana Alexis Lloyd. Amelia Simmons kellha wirja mill-aqwa fl-attakk fejn spiċċat b’total ta’ 37 punt. Fil-fatt Athleta fetħu l-partita bil-punti ta’ Simmons flimkien ma’ trippla ta’ Beverlee Zammit. Depiro wieġbu permezz ta’ Steffi De Martino u Claire Ciantar però baskets minn Sharon Vella u Simmons raw lill-Athleta jtemmu l-ewwel sessjoni 12-9 minn fuq. Fl-ewwel ħinijiet tat-tieni taqsima, ż-żewġ timijiet baqgħu viċin ta’ xulxin bi three pointer fuq kull naħa minn Zammit u De Martino. Athleta komplew b’run ta’8-0, kollha minn Simmons bid-Depiro jirrispondu bill-punti ta’ Ciantar u Lloyd biex fl-intervall Athleta kienu fuq quddiem 27-20.

Fit-tielet sessjoni Athleta kellhom dominju assolut fejn ħallew lid-Depiro b’żewġ free-throws biss minn Maria Bonett. Athleta fetħu b’run stupenda ta’ 19-0 b’żewġ trippli ta’ Julia Schembri u ħafna punti minn Simmons. Wara l-free-throws ta’ Depiro, Athleta kellhom żewġ baskets oħra ta’ Simmons għal skor ta’ 50-24. Fl-aħħar sessjoni l-players ta’ Ruth Spiteri ma waqfux anzi żiedu l-vantaġġ b’aktar three pointers minn Zammit li kisbet tnejn oħra. Għal Depiro kienet Ciantar li bdiet tirrispondi flimkien ma’ De Martino li kellha wkoll trippla però l-vantaġġ tal-Athleta kien b’saħħtu u qatt ma dehru fil-periklu li jitifluh u rebħu l-partita 60-41.

Gżira Athleta: N. Borg, B. Zammit 12, N. Hili, L. Duncan 1, A. Simmons 37, D. Said Hollier, A. Borg, J. Schembri 6, S. Vella 4, E. Pace, C. Mifsud.

 

Depiro: M. Scicluna, T. Mifsud, M. Bonnett 2, S. De Martino 16, N. Agius, A. Lloyd 4, J. Xuereb 2, C. Ciantar 17.

Referees: Nicky Azzopardi, Jason Cole, Tuomas Mantere.

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

5

4

1

9

289

264

Depiro

6

2

4

8

298

317

Caffe Moak Luxol

5

2

3

7

257

263

Gżira Athleta

4

2

2

6

215

211

Hibs

4

2

2

6

199

203

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ic-champions-ikomplu-jirkupraw/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.