- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ic-champions Falken Cynergi Virtus jieħdu l-ewwel vantaġġ

Posted By sportinmalta1 On April 10, 2016 @ 11:20 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Floriana Cafè Del Mar 62

Falken Cynergi Virtus 76

(10-27)(13-6)(16-22)(18-21)

Ic-champions Falken Cynergi Virtus ħadu l-ewwel vantaġġ fil-finali tal-kampjonat Bank of Valletta meta għelbu lil Floriana Cafè Del Mar 76-62. Virtus kellhom bidu mill-aqwa u bis-saħħa ta’ run qawwija li għamlu fil-ftuħ tal-partita ħadu vantaġġ li żammewh sat-tmiem minkejja li Floriana tħabtu ferm biex isalvaw il-partit. Virtus kellhom inqas turnovers mill-avversarji tagħhom u għal ħin twil kellhom difiża stretta fuq Chad Patus. Ic-champions bdew il-partita bi break ta’ 11-0 bil-punti ta’ Jacob Formosa u Chris Santo u trippla ta’ Shawn Pace. Il-coach ta’ Floriana Mario Tabone għajjat time-out kmieni u l-ewwel punti tagħhom waslu minn Nikola Vasovic u Chad Patus. Virtus però komplew iżidu l-vantaġġ b’aktar punti minn Formosa u Peter Shoults li kellhu wkoll trippla għal skor ta’ 21-4. Vasovic u Patus reġgħu rrispondew għal Floriana però Virtus temmew it-taqsima 27-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu, d-difiża man to man ta’ Floriana fixklet xi ftit lil Virtus li f’daqqa waħda sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti għalkemm id-difiża tagħhom baqgħet kumpatta. Floriana kellhom run ta’ 8-0 biex naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Nigel Sultana u Andrew Micallef Trigona. Virtus kellhom il-punti ta’ David Bugeja u Santo però Floriana għalqu t-taqsima b’seba’ punti oħra mingħajr risposta biex il-vantaġġ ta’ Virtus niżel għal ħames punti 33-28.

Wara l-intervall kien hemm botta u risposta hekk kif iż-żewġ

Ħajr: Wally Galea: www.wallyjgalea.webs.com

timijiet bdew iwieġbu lil xulxin u b’Santo u Vasovic ikollhom diversi punti. Wara punti ta’ Formosa għal Virtus u trippla ta’ Lee Ross għal Floriana, ic-champions kellhom ħames punti mingħajr risposta biex temmew it-taqsima 55-44 minn fuq. Virtus fetħu l-aħħar taqsima b’żewġ baskets oħra minn Formosa u Santo. Floriana wieġbu bi three pointers minn Patus u Vasovic b’Shoults ukoll iwieġeb bi trippla għal Virtus. Ic-champions komplew b’run oħra ta’ 10-1 li għalquha bi trippla ta’ Formosa u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt 72-53. Ir-risposta ta’ Floriana ġiet b’seba’ punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Patus però kienu għadhom ‘l bogħod biex Virtus għalqu l-partita bil-baskets ta’ David Bugeja biex rebħu l-partita 76-62 u ħadu l-ewwel vantaġġ fis-serje finali.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 21, L. Ross 4, N. Sultana 8, S. Borg, A. Portelli 4, N. Vasovic 15, C. Calleja, A. Axiaq, A. Micallef Trigona 10, N. Andrejevic.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 3, D. Bugeja 10, R. Bonnici 2, D. Camilleri, S. Bonnici, J. Formosa 21, A. Felice Pace, C. Santo 27, A. Schembri, F. Bartolo, P. Shoults 13, T. Grech.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

Ritratt: Wally Galea: www.wallyjgalea.webs.com

Statistika…

Floriana

Free throws – 10 on 16

Baskets – 20 on 38

Three pointers – 4 on 16

Rebounds – 36

Assists – 6

Turnovers – 23

Steals – 3

Fouls Suffered – 20

Fouls Made – 17

Virtus

Free throws – 10 on 18

Baskets – 27 on 45

Three pointers – 4 on 19

Rebounds – 34

Assists – 11

Turnovers – 12

Steals – 10

Fouls Suffered – 17

 

Fouls Made – 20

It-tieni partita: Il-Ħamis 14 t’April fit-20:00


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ic-champions-falken-cynergi-virtus-jiehdu-l-ewwel-vantagg/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.