Ic-Champions b`rebha konvincenti

Sunday, August 18, 2013, 11:25

Minn Robert Busuttil

Meta l-bieraħ fetaħ il-Kampjonat Premier fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, iċ-Champions Birkirkara b’rebħa minima ta’ 2-1 issuperaw l-ewwel ostaklu tagħhom u ħadu l-ewwel tliet punti tal-istaġun. Kienet rebħa li mmaturat fl-ewwel taqsima bil-protagonista prinċipali jkun l-attakkant Karkariż,  FRANK TEMILE li b’żewġ gowls wieħed isbaħ mill-ieħor ikkundanna lir-Rabtin għall-ewwel telfa staġjonali. Minkejja kollox wieħed ta’ min jammira l-ispirtu kumbattiv tal-Ajax li ma qatgħux qalbhom anzi tellgħu diversi attakki lejn il-lasti avversarji.

Fis-7 minuta kien hemm kross fil-baxx ta’ Demba Toure u pront pront daħal għall-appuntament FRANK TEMILE li mattar siequ, antiċipa lid-difensur avversarju u ddepożita l-ballun fix-xibka sabiex għeleb lil gowler Velimirovic.
Wara tentattivi ta’ Gareth Sciberras u Shola Shodiya li marru ftit barra, waslet id-doċċa kiesħa u bierda għall-Karkariżi meta Rabat ġabu d-dro. Dan wasal fit-30 minuta meta minn frikik ta’ Dani Palaez, MALCOLM LICARI qabeż fuq kulħadd u bir-ras għeleb lil Haber.
Iżda r-risposta Karkariża waslet fil-pront minuta qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima meta FRANK TEMILE ikkonettja tajjeb kross mil-lemin u b’semi rovexxjata ħalla lil gowler Rabti kompletament miblugħ.
Fit-tieni taqsima il-frekwenza tal-azzjonijiet kienu verament skarsi għajr żewġ lasti li laqtu l-Istripes aktar tard fil-partita. Madankollu l-iskor baqa’ l-istess sabiex il-partitarji Karkariżi  marru  jiċċelebraw l-festa ta’ Santa Liena bi tbissima fuq wiċċhom.





1 Comment

  1. Rabti says:

    Konvincenti ghala?? Taf li laghbu ma Tim li ha jiggieled ir relegation…. Rigward il penalty ma ssemmi xejn ??? Jew bil grazzja tirraporta loghba

    [Reply]

Leave a comment