Iċ-Champions b’Mark Miller fl-Ewropa

Tuesday, June 12, 2012, 9:42

minn Aymen Pace

Għal darb’ oħra din is-sena ċ-champions Valletta  se jieħdu posthom f’ l-ewwel rawnd preliminari fiċ-champions league minħabba li Chelsea kisbu din it-tazza.Dan l-istaġun Valletta kkonfermaw li kienu għal darb’ oħra l-aqwa skwadra mmexxija minn Zerafa u Farrugia fejn iżda għal kuntrarju tas-sena l-oħra naqsu milli jispiċċaw il-kampjonat mingħajr telfa u kisbu żewġ telfiet minghand Hibernians.

Iżda din id-darba l-affarijiet ser jinbidlu u Valletta ser jkollom jibdlu s-sistema tagħhom minħabba li Mark Miller (eks Hibernians) ser ikun qed imexxi lil Valletta wara li laħaq ftehim mal-klan Belti u ġew eliminati Jesmond Zerafa u Leonard Farrugia b’dan ta l-aħħar hemm possibilta li jeħodlu postu l-captain Belti attwali Gilbert Agius. Nemmen li waħda mir-raġunijiet għaliex Mark Miller ġie ngaġġat minn Valletta hija li l-logħba ta’ Miller hija bil-wisq iżjed differenti minn ta’ Zerafa.

Nemmen li l-logħba ta’ Miller tista’ trebbaħ lil Valletta aktar unuri minħabba li taħt Zerafa, Valletta kienu jilgħabu logħba kwieta fejn fil-grawnd kienu jinżlu biss biex jieħdu t-tliet punti. Miller huwa differenti, huwa kowc li jrid li t-tim jibqa’ jiskorja u jaħdem sal-aħħar u waqt il-logħba ma joqgħodx kwiet.

Għalhekk forsi Valleta jaraw li l-aħjar kien Mark Miller minħabba li Valletta huwa klabb li dejjem irid it-tazzi u x-xewqa ta’ Sciriha kienet li jarma tim bi staff tekniku b’saħħtu biex ikun jista’ jikseb postu fil-gruppi,li ma narax li tista’ tkun xi ħaga possibbli minħabba li din is-sena rajna sorpriża minn Apoel Nicosia li rnexxielhom jegħlbu lil Lyon u javvanzaw. Żgur izda li Valletta jekk iridu li jagħmlu din il-ħolma realtà, nemmen li jridu jakkwistaw xi plejerx biex ikomplu jirtukkaw l-iskwadra.





1 Comment

  1. ahmar u abjad says:

    KOLNA TAJJEB U SIRNA FERM AHJAR.

    [Reply]

Leave a comment